Pass Wara Pass
Bid-dgergir ta’ hafna minnha nkluz jien u l-kritika kollha lil Allegri, l-players ingenerali u s-sistema ta’ loghob ninsabu hemm mwahhlin ma’ ta’ quddiem s’issa erba punti biss il-boghod mil-leaders Napoli. Tqis iz-zewg punti misruqin kontra Salernitana u zewg punti misruqin kontra Roma u konna nsibu ruhna fuq nett minkejja l-injuries u l-problemi kollha li hemm.
Dan huwa s-sabih tal-futbol li kollox jista jinbidel f’hakka t’ghajn. Kontra Udinese ergajna assistejna ghal loghba ohra simili ta’ kontra Cremonese fejn fl-ewwel taqsima ftit kellna emozzjonijiet u azzjonijiet perikoluzi minn naha tat-tim taghna kontra tim ta’ Udinese b’sahhtu fizikament u kompatt li dejjem jintroduci talenti godda kull sena.
Fit-tieni taqsima konna hafna ahjar u din hija drawwa ta’ zmien twil specjalment taht Allegri li meta noqghod nahseb minn dejjem l-ewwel parti tal-partita tkun ta’ studju ta’ l-avversarju u nhallu lit-tim oppost jahli kemm jista jkun energija. Naturalment id-dhul ta’ Chiesa zied mhux ftit il-velocita u l-kwalita specjalment meta nqelbu l-linji fejn minn pass meraviljuz ta’ Paredes wasal il-gowl tar-rebha, kien pass tajjeb hafna fejn harget l-esperjenza li tant kellna bzonn minn players bhal Paredes.
Angel di Maria ghalkemm ma’ kienx ta’ livell daqs kemm kien ma’ l-Argentina xorta wera l-kwalita tieghu u l-finezza li ghandu f’saqajh meta l-Udinese battew hafna wera perikolizita fil-kontrattakki taghna. Naturalment ghad ma’ ghandux 90 minuta f’saqajh u ghalhekk kellu jinqala minhabba krampi u mhux injury kif hargu jghidu mal-ewwel certu gurnalisti biex naturalment joholqu paniku mal-ewwel.
Nistennew l-loghbiet ta’ Napoli u tal-Milan biex naraw nikkonfermawx it-tieni post fil-klassifika u nibqawx b’distakk minimu ma’ Napoli sakemm tasal il-partita tant mistennijja ta’ nhar il-gimgha propju kontra Napoli li tista taghti sinjal qawwi kif ha jizvolgi l-bqija tal -kampjonat.
FORZA JUVE DEJJEM
Di Maria jinsab tajjeb
Angel Di Maria m’għandu ebda injury u ħareġ mill-grawnd kontra Udinese minħabba bugħawwieġ. Wara l-partita kien hemm L-ghidut li Di Maria nbidel minħabba i juru muskolari. Madankollu Allegri serraħ ras kulħadd li Di Maria m’għandu xejn.
Matthew Scerri
GIANLUCA VIALLI
Minn fejn naqbad nibda?! Bla kliem ghalkemm konna ilna nisimghu bil-marda li kellu Gianluca imma kif jghidu dak il-mument ma’ tkun tridu jasal qatt u kwazi tahseb li ma’ jasal qatt, izda sfortunatament il-mument ikrah wasal illum. L-ahbar li hadt minna ma’ ried li tasal, ghal hafna dilettanti tal-futbol, ghal Juventini ta’ l-eta tieghi u akbar minna, Gianluca kien il-persuna li kull ma’ min laghab kien leader, kaptan li qatt ma’ qata qalbu minn xejn, gladjatur, dak li thares lejh biss tista kwazi isserrah rasek li l-battalja sportiva ser tirbaha.
Bhali hafna Juventini kienu ilhom joholmu li xi darba Luca Vialli jilbes il-flokk Juventin u sajf wara sajf dejjem kien jissemma li vicin li jigi akkwistat. Niftakar lil mibki Gianni Agnelli dejjem jinsisti ma’ Mantovani dak iz-zmien president ta’ Sampdoria biex icedilu lil Vialli. Izda l-imhabba lejn il-flokk ta’ Sampdoria ittardjaw il-mument li Vialli jigi ma’ Juventus.
Dak il mument wasal u x-xewqa ta’ hafna Juventini bhali nqatat. Vialli l-ewwel season ma’ Juventus ma’ kienx xi wiehed brillanti bejn il-pozizzjoni li tah Trapattoni u bejn l-injury li kellu telfuh xi ftit izda waslet ir-rebha tal-coppa UEFA li ghattiet dawk il-mumenti difficli.
Meta nbidlet id-dirigenza u l-wasla ta’ Lippi bhala coach Vialli nbidel letteralment fejn ha t-tim letteralment f’idejh u bil-grinta tieghu traxxena u paxxa lil miljuni ta’ Juventini b’rebh ta’ kampjonat wara hafna snin u sena wara Champions League flimkien ma’ coppa italia.
Wara dawn is successi ma’ ninsewx li Vialli kien wiehed minn dawk l-istilel forsi fl-ahhar tal-karriera tieghu ntghazel flimkien ma’ bosta ohra mil-premier league Ingliz f’dan il-kaz Chelsea biex jattira aktar segwaci lejn il-kampjonat u jikber biex mas-snin sar il-premier league ta llum.
Illum haga ta’ l-iskantament rajt hafna gurnalisti Taljani li naturalment issa xerdu dmugh tal-kukkudrilli u nesew li kienu minn ta’ quddiem li capsu lil dan il-persuna u tefaw tajn matul s-snin fil-kaz ta’ doping li bhas-soltu kienu Juventus mzefnin fih. Ma’ irridx nidhol f’polemika izda certu gurnalisti anka illum stess hargu l-hdura u urew sa fejn jaslu l-odju li ghandom ghal Juventus.
Imma naghlaq billi nghid ghaldarb’ohra Luca Vialli ser jibqa mfakkar mhux biss ghax kien persuna twajba u onesta u ghax kien atleta professjonali izda ghax ghalina l-Juventini jirraprezenta kompletament l-motto taghna FINO ALLA FINE, u kemm dam jilbes il-flokk glorjuz Juventin ta’ kollox sa l-ahhar qatra gharaq, baqa jiddefendi l-kuluri Juventini sa issa kull fejn kien u mar.
Addio Gianluca ma ninsewk qatt ❤️


















