De Sciglio barra għal għaxart ijiem

Mattia De Sciglio sofra injury muskolari fil-partita kontra Maccabi Haifa. Hu se jdum barra minn tal-inqas għaxart ijiem u wara se jsirulu testijiet mediċi oħra sabiex l-istaff mediku ta’ Juventus ikun jista’ jistabilixxi jekk fieqx jew le.

Matthew Scerri

Bħal-lum fil-passat (6 ta’ Ottubru)

Il-filmat tal-lum joħodna lura għas-sena 1957 meta Juventus għelbu lil Padova 2-1 f’darhom. Il-gowls kellhom il-firma ta’ Boniperti u Stivanello.

Filmat: L-aqwa siltiet ta’ Juventus-Maccabi

Bħal-lum fil-passat (5 ta’ Ottubru)

Immorru lura għas-sena 1997 meta Juventus laqgħu lil Fiorentina fl-iStadio Delle Alpi. It-tim minn Firenze kien mar fil-vantaġġ b’gowl ta’ Oliveira. Il-Bianconeri mbagħad kienu bravi biżżejjed li jdawru r-riżultat favurihom b’gowls ta’ Inzaghi u Del Piero.

Erġa’ ara l-konfronti diretti tal-passat bejn Juventus u Maccabi Haifa

Juventus u Maccabi Haifa lagħbu kontra xulxin fil-fażi tal-gruppi taċ-Champions League 2009/10. Iż-żewġ konfronti diretti raw lil Juventus joħorġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0. Dawk iż-żewġ partiti jibqgħu l-uniċi drabi li Juventus lagħbu kontra Maccabi Haifa.

Il-filmati t’hawn taħt ifakkruna kif marru l-partiti.

Lura għat-tliet punti

Wara zmien twil ezattament mil-loghba kontra Spezia ergajna rritornajna ghal rebha tant mistennija biex forsi nibdlu l-andament ta’ dan il-kampjonat.

Nista’ nghid li kienet rebha u wirja pjuttost konvincenti ghalkemm it-tim oppost ma’ kienx ta’ certu sahha u livell xorta rajna players aktar konvinti u determinati minn dak li jridu jaghmlu u kif ser jghamluh. Fl-ahhar rajna pressing f’kull naha tal-ground u qtajna hafna minn dawk l-passes inutli minn fejn il-lasta u loghob slow li jaghmilna prevedibbli. Naturalment li rkuprajna players bhal Locatelli u Rabiot fil-midfield ghenet mhux ftit specjalment il-player Franciz kien ilu jikkonvinci fil-loghob tieghu minn qabel wegga’. Kellu bzonn l-injuries ihalluna ftit kwieti ghaliex konvint li nistghu inkunu hafna ahjar milli konna filwaqt li gejjin loghbiet importanti fil-kampjonat u anka fl-ewropa.

Ma rridux nghagglu u nahsbu li l-problemi b’xi mod issolvew kollha u sparixxew ghaliex hemm hafna x’naqdfu, nispera li anka fizikament forsi ser inkunu ahjar filwaqt li certu timijiet anka dawk zghar li bdew il-kampjonat fizikament hafna ahjar minna jibdew imajnaw u hafna rizultati hekk qed juru fl-opinjoni tieghi.

Nittamaw illi sa qabel il-waqfa t-twila ta’ Novembru nghamlu serje ta’ rebhiet u nibqghu mwahhlin ma’ ta’ fuq ghaliex minn Jannar konvint li jibda kampjonat ghalih u differenti ghaliex zgur li hafna timijiet ha jkunu affetwati fizikament mir-ritorn lura ta’ certu players specjalment dawk li jkunu damu l-aktar.

Importanti li terga’ tinbena certu konvinzjoni fit-tim u jkollna certu kontinwita’ ghal hafna ragunijiet.

Forza Juve dejjem