Jibdew jaslu l-ewwel offerti għal Soule’

F’dawn ix-xahrejn li ġejjin, bil-futbol wieqaf għal kollox għajr għall-partiti tat-Tazza tad-Dinja, l-attenzjoni bdiet iddur issa fuq is-suq tat-trasferimenti. Plejer li jista’ jħalli lil Juventus f’Jannar hu Soule’. Empoli talbuh b’self u Juventus qed jaħsbuha. Soule’ hu plejer li Juventus jemmnu ħafna fih, biss hu evidenti li għandu bżonn jilgħab b’mod regolari biex jimmatura u jikseb l-esperjenza meħtieġa biex ikun lest għal tim kbir bħal Juventus. Jekk Juventus se jkollhom il-garanziji li Di Maria u Vlahovic fiequ mill-injuries tagħhom, hu probabbli li Soule’ jiġi misluf.

Matthew Scerri

Filmat: Haller fl-azzjoni bil-flokk ta’ Juventus

Bħal-lum fil-passat (18 ta’ Novembru)

Il-partita li qed inwasslulkom illum kienet tassew inkredibbli. Fl-1990 Juventus għelbu f’darhom lil Roma bl-iskor ta’ 5-0. Fost l-oħrajn kien hemm hattrick ta’ Schillaci. Il-wirja tal-Bianconeri kienet tant kbira fejn mhux biss skurjaw ħames gowls, imma saħansitra lagħbu l-aħħar kwarta b’disa’ min-nies.

Bħal-lum fil-passat (17 ta’ Novembru)

Fl-2002 proprju bħal-lum, Juventus kienu rebħu d-Derby ta’ Turin bl-iskor ta’ 4-0. Għall-Bianconeri skurjaw Del Piero, Di Vaio, Nedved u Davids.