Bħal-lum fil-passat (19 ta’ Ottubru)

Bi pjaċir illum qed inġibulkom filmat ta’ partita tas-Serie li tmur lura għas-sena 1952. Dakinhar Juventus kienu għelbu lil Udinese bl-iskor ta’ 4-0.

Filmat: Pogba lura għat-training

Bħal-lum fil-passat (18 ta’ Ottubru)

Ħarsa lura lejn is-sena 1989 meta, bħal-lum, Juventus kienu għelbu 1-0 lil PSG fit-Tazza Uefa. Il-gowl kellu l-firma ta’ Rui Barros.

Bremer barra għal tliet ġimgħat

Juventus tilfu lil Bremer għal tliet ġimgħat minħabba l-injury li sofra fid-Derby. L-injury muskolari tiegħu mhuwiex gravi, biss ġie stmat mill-istaff mediku ta’ Juventus li hu jeħtieġ madwar 20 jum mistrieħ biex jirkupra għal kollox.

Matthew Scerri

Bħal-lum fil-passat (17 ta’ Ottubru)

Fis-17 ta’ Ottubru 2010 Juventus laqgħu f’darhom lil Lecce u għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 4-0. Il-filmat li ssibu hawn taħt jiġbor fih l-aqwa siltiet tal-partita.

Chiesa lura fl-azzjoni nhar il-Ġimgħa?

Nhar il-Ġimgħa hemm ċans tajjeb li nerġgħu naraw mill-ġdid lil Federico Chiesa fl-azzjoni bil-flokk ta’ Juventus wara li ilu nieqes minn Jannar minħabba injury serju li sofra f’irkoptu. Kontra Empoli hu mistenni li jkun mgħajjat għall-ewwel darba minn mindu saritlu l-operazzjoni u, jekk iċ-ċirkostanzi jkunu jippermettu, probabbli narawh jilgħab ftit minuti lejn tmiem il-partita. Chiesa ilu xhur jittrenja u jsegwi programm personalizzat. Fl-aħħar jiem kellu anqas l-opportunità li jqatta’ xi ħin jittrenja mal-bqija tat-tim Juventin.

Matthew Scerri

Bħal-lum fil-passat (16 ta’ Ottubru)

Illum se niħdukom lura fl-1960 meta Juventus għelbu lil Catania fis-Serie A bl-iskor ta’ 4-1. Għall-Bianconeri kienu skurjaw Nicolè (2), Stacchini u Boniperti.