Ftit tan-nifs

Ftit tan-nifs tant mistenni wara perjodu ikrah immens ghalina l-partitarji li tant nhobbu lil Juventus. Naturalment kif ktibt wara r-rebha kontra Bologna li ma’ narawx kbir u noholmu li l-problemi issolvew, xejn minn dan! Imma almenu waslu it-tlett punti u rajt ftit izjed konvinzjoni minn certu players. Ghalkemm xorta bqajna b’loghba li m’hiex veloci u sistema ftit tara, rajt aktar pressing f’kull zona tal-grawnd ghalkemm xorta bqajna niddefendu wisq baxxi u f’xi mumenti hallejna wisq lit-torino jippenetraw il-midfield facilment.

Kien hemm players li kellom wirja posittiva bhal Danilo u Rabiot u anka Alex Sandro f’daqqa wahda rega rxoxta! Tghid induna li ser jiskadilu l-kuntratt?!

Kien hemm players bhal Cuadrado li qed narah tilef kull motivazzjoni u aptit li jilghab ghal Juventus, kellu l-ewwel taqsima wisq hazina bi tqassim hazin u anka nqbadna kemm il-darba b’kontrattakki minhabba zbalji tieghu.

Locatelli li ghalkemm ma’ kellux loghba daqshekk hazina ma’ tax pass tajjeb f’loghba shiha, narah player illi huwa wisq timidu u ma’ jiehux l-inizjattiva li jerfa certu responsabilta fil-grawnd, meta niftakar li ghalih hallasna mal-35 miljun nahseb li ma’ kienx investiment ghaqli.

Minn hawn il-quddiem irridu niehdu l-pozittiv li hareg mid-derby, il-players jibqaw koncentrati u ma’ jahsbux li sirna xi haga ghaliex kif gara fil-passat malajr naghmlu mitt pass lura. Kif dejjem nghid importanti li sal-waqfa nkunu mwahhlin ma’ ta’ fuq ghaliex minn Jannar jibda kampjonat iehor li jista jaqleb l-andament tal-istagun.

FORZA JUVE DEJJEM.

Filmat: L-aqwa siltiet ta’ Torino-Juventus

Il-programm tal-logħob tal-10 Ġurnata tas-Serie A

Is-Sibt 15 ta’ Ottubru 2022, 3.00 p.m.
Empoli-Monza: Rapuano

Is-Sibt 15 ta’ Ottubru 2022, 6.00 p.m.
Torino-Juventus: Mariani

Is-Sibt 15 ta’ Ottubru 2022, 8.45 p.m.
Atalanta-Sassuolo: Marcenaro

Il-Ħadd 16 ta’ Ottubru 2022, 12.30 p.m.
Inter-Salernitana: Sacchi

Il-Ħadd 16 ta’ Ottubru 2022, 3.00 p.m.
Lazio-Udinese: Colombo
Spezia-Cremonese: Manganiello

Il-Ħadd 16 ta’ Ottubru 2022, 6.00 p.m.
Napoli-Bologna: Cosso

Il-Ħadd 16 ta’ Ottubru 2022, 8.45 p.m.
Verona-Milan: Massa

It-Tnejn 17 ta’ Ottubru 2022, 6.30 p.m.
Sampdoria-Roma: Di Bello

It-Tnejn 17 ta’ Ottubru 2022, 8.45 p.m.
Lecce-Fiorentina: Massimi

Matthew Scerri

Il-plejers Juventini mgħajta għad-Derby

Bħal-lum fil-passat (14 ta’ Ottubru)

Bħal-lum fl-1984 Juventus laqgħu f’darhom lil Verona f’partita tal-kampjonat. It-tim ta’ Trapattoni ħareġ tellief bl-iskor ta’ 2-0, gowls ta’ Galderisi u Elkjaer.

Di Maria barra għal tliet ġimgħat

Juventus ħabbru li wara li sarulu xi testijiet mediċi, ġie stabbilit li Angel Di Maria se jkollu jibqa’ wieqaf għal madwar 20 jum biex ifiq mill-injury muskolari li sofra. Hu kellu jabbanduna l-grawnd fil-partita kontra Maccabi minħabba uġigħ muskolari f’koxxtu. B’xorti tajba l-injury kien inqas gravi minn kemm kien maħsub għall-ewwel.

Matthew Scerri