Bħal-lum fil-passat (4 ta’ Ottubru)

Ħarsa lura lejn Napoli-Juventus tal-1992. Kienet partita spettakolari li ntemmet b’rebħa ta’ 2-3 għat-tim Juventin immexxi minn Trapattoni. Il-gowls ta’ Juventus kellhom il-firma ta’ Moeller, Vialli u Roberto Baggio.

 

Bħal-lum fil-passat (3 ta’ Ottubru)

Bħal-lum fl-1965 Juventus kienu għelbu lil Vicenza 4-1 f’partita tas-Serie A. Fil-filmat t’hawn taħt tistgħu taraw l-aqwa siltiet ta’ dik il-partita.

Filmat: L-aqwa siltiet ta’ Juventus-Bologna

Il-plejers Juventini mgħajta għall-partita kontra Bologna

Il-plejers mgħajta minn Allegri għall-partita kontra Bologna huma:

Gowlers: Szczesny, Pinsoglio, Perin.

Difensuri: De Sciglio, Bremer, Danilo, Alex Sandro, Gatti, Bonucci, Rugani

Plejers ta’ nofs il-grawnd: Locatelli, McKennie, Cuadrado, Miretti, Rabiot, Paredes, Fagioli.

Attakkanti: Vlahovic, Milik, Kostic, Kean, Soulé.

Matthew Scerri

Anniversarju: 2/10/1935 twieled Omar Sivori

Omar Sivori, imlaqqam “El Cabezon” għax-xagħar goff li kellu, hu mingħajr dubju wieħed mill-aqwa plejers li qatt libes il-flokk ta’ Juventus. Twieled fl-Arġentina fit-2 ta’ Ottubru 1935. Komplessivament hu skorja 167 gowl f’253 partita ma’ Juventus u fl-1961 rebaħ il-Ballun tad-Deheb. Flimkien ma’ Silvio Piola għandu r-rekord tal-ikbar numru ta’ gowls skurjati f’partita waħda fis-Serie A. Fil-fatt fl-10 ta’ Ġunju 1961 hu skorja 6 gowls kontra Inter fir-rebħa storika ta’ 9-1.

Il-filmat t’hawn taħt fih profil dettaljat dwar Sivori.

Bħal-lum fil-passat (1 ta’ Ottubru)

Il-filmat tal-lum joħodna għas-sena 1975 meta Juventus kienu laqgħu f’darhom lil CSKA Sofia f’partita tat-Tazza taċ-Champions. Juventus kienu rebħu 2—0 bil-gowls ta’ Furino u Anastasi.