Bħal-lum fil-passat (14 ta’ Awwissu)

Immorru lura għas-sena 1992 meta proprju bħal-lum Juventus kienu lagħbu partita ta’ ħbiberija kontra t-tim nazzjonali tal-Ġappun f’Kobe. L-iskor finali kien ta’ 2-2, b’Baggio u Moeller jiksbu d-draw għal Juventus fl-aħħar parti tal-partita.

Uffiċjali: Pellegrini misluf lil Eintracht Frankfurt

Luca Pellegrini se jkun qed jilgħab ma’ Eintracht Frankfurt f’dan l-istaġun. It-trasferiment b’self għal sena hu issa uffiċjali. M’hemm ebda indikazzjoni fl-istqarrija ta’ Juventus li Eintracht għandhom xi dritt jew obbligu li jixtruh għal kollox is-sena d-dieħla.

Matthew Scerri

Uffiċjali: Juventus xtraw lil Kostic

Juventus ħabbru li xtraw lil Filip Kostic mingħand Eintracht Frankfurt għal 12—il miljun, liema somma se titħallas fi tliet rati. Hemm anki 3 miljuni f’bonuses u 1.5 miljun Ewro f’commissions u s-solidarity payments kif stipulat mir-regolamenti tal-Fifa. Kostic iffirma kuntratt ma’ Juventus sal-2026.

Matthew Scerri

Direttur ta’ Manchester United jinsab Turin għal Rabiot

Id-Direttur ta’ Manchester United, John Murtough jinsab Turin għal numru ta’ laqgħat sabiex il-klabb Ingliż jikseb is-servizzi ta’ Adrien Rabiot. Ilbieraħ hu kellu l-ewwel laqgħa ma’ Juventus, bil-partijiet ilhom li laħqu ftehim sabiex it-trasferiment iseħħ. Illum Murtough għandu jkollu laqgħa direttament mal-omm/aġent ta’ Rabiot bit-tama li jinstab ftehim mal-plejer innifsu. S’issa, milli nafu, Rabiot qed jitlob paga ta’ 10 miljuni fis-sena, somma li hi meqjusa għolja wisq min-naħa ta’ Manchester United. Il-partijiet se jkomplu jiddiskutu bejniethom bit-tama li jintlaħaq ftehim li jikkuntenta lil kulħadd.

Matthew Scerri

Pellegrini misluf lil Eintracht. Għada t-testijiet mediċi

Luca Pellegrini għada se jkun il-Ġermanja għat-testijiet mediċi mat-tim ta’ Eintracht Frankfurt. Hu se jkun qed jingħaqad magħhom b’self għal sena.

Matthew Scerri

Pellegrini lejn self ma’ Eintracht Frankfurt

Ilbieraħ Raffaella Pimenta kienet Turin u kellha laqgħa mad-diriġenza Juventina. Il-partijiet x’aktarx tkellmu dwar il-futur ta’ Kean u Pellegrini, it-tnejn li huma rrappreżentati proprju minn Pimenta. Hemm inċertezza sħiħa dwar il-futur ta’ Kean, filwaqt li Pellegrini għadu jissemma b’saħħa li se jitlaq lil Juventus fil-ġimgħat li ġejjin. Fis-Serie A jriduh b’self Atalanta, Sampdoria u Monza. Madankollu l-iktar destinazzjoni probabbli għalih hi l-Bundesliga fejn Eintracht Frankfurt jinsabu interessati fih biex isaħħu l-linja x-xellugija tagħhom li għadha kif iddgħajfet bil-bejgħ ta’ Kostic lil Juventus.

Matthew Scerri