Dybala se jiffirma kuntratt ma’ Roma

Paulo Dybala se jkun qed jilbes il-flokk ta’ Roma mill-istaġun li jmiss. Dalgħodu fid-9.00 ta’ filgħodu hu qabad titjira minn Turin flimkien ma’ Tiago Pinto b’destinazzjoni l-Portugall fejn se jkun qed isirulu t-testijiet mediċi u wara jiffirma l-kuntratt ma’ Roma. Dybala aċċetta l-offerta ta’ Roma dal-lejl wara li tkellem bit-telefon ma’ Mourinho. Hu x’aktarx se jkun qed jilbes il-flokk numru 10 ta’ Roma.

Matthew Scerri

Filmat: It-taħriġ ta’ Juventus ma’ Pinerolo

De Ligt se jingħaqad ma’ Bayern Munich

Matthijs De Ligt hu prattikament plejer ta’ Bayern Munich hekk kif il-klabb Ġermaniż għolla l-offerta tiegħu, liema offerta tissodisfa t-talba ta’ Juventus. Qed ikun irrapurtat li Juventus aċċettaw l-offerta l-ġdida mressqa minn Bayern Munich. Hemm ħafna spekulazzjonijiet dwar is-somma li Bayern se jkunu qed iħallsu għal De Ligt. Jidher li Juventus se jkunu qed idaħħlu somma madwar 80 miljun Ewro. Issa rridu naraw kif se jiżviluppaw l-affarijiet fil-jiem li ġejjin. L-interess, ovvjament, issa jdur fuq min se jkun jew ikunu l-plejers li se jieħdu post De Ligt ma’ Juventus.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (18 ta’ Lulju 2022)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-18 ta’ Lulju 2022

 

Prima Pagina Tuttosport 18/07/2022

Prima Pagina La Gazzetta dello Sport 18/07/2022

Prima Pagina Corriere dello Sport 18/07/2022

Juventus jegħlbu lil Pinerolo

Juventus kellhom sessjoni ta’ taħriġ kemxejn differenti mill-jiem l-oħra. Fil-fatt ingħaqadu magħhom it-tim ta’ Pinerolo u nlagħbet partita ta’ ħbiberija li ntemmet bl-iskor ta’ 9-0 favur il-Bianconeri. Il-gowls kellhom il-firma ta’ Kean (3), Zakaria (2) , Soulé (2), Rabiot u Di Maria.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (17 ta’ Lulju 2022)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-17 ta’ Lulju 2022

 

Prima Pagina Tuttosport 17/07/2022

Prima Pagina La Gazzetta dello Sport 17/07/2022

Prima Pagina Corriere dello Sport 17/07/2022

Bernardeschi hu plejer ta’ Toronto FC

Federico Bernardeschi ffirma ma’ Toronto FC u se jkun qed ikompli l-karriera tiegħu fl-MLS. Hu se jkun qed jilgħab fl-istess tim ma’ Criscito u Insigne, li għadhom kemm ingħaqdu ma’ Toronto FC. Allegatament Bernardeschi se jkun qed jaqla’ ma’ Toronto 5 miljuni fis-sena, li hi paga għola minn dik li kien jaqla’ ma’ Juventus.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (16 ta’ Lulju 2022)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-16 ta’ Lulju 2022

 

Prima Pagina Tuttosport 16/07/2022

Prima Pagina La Gazzetta dello Sport 16/07/2022

Prima Pagina Corriere dello Sport 16/07/2022

Uffiċjali: Cambiaso misluf lil Bologna

Andrea Cambiaso diġà ħalla lil Juventus hekk kif hu ngħaqad b’self ma’ Bologna sa tmiem l-istaġun. Din se tkun opportunità tajba għalih biex jilgħab b’mod regolari fis-Serie A u jiksber l-esperjenza meħtieġa biex mis-sajf li ġej ikun jista’ jieħu post Alex Sandro ma’ Juventus.

Matthew Scerri

Imsemmija Bremer u Pau Torres imma hemm ċans li De Ligt jibqa’ ma’ Juventus

Min se jkun qed jilgħab flimkien ma’ Bonucci fiċ-ċentru tad-difiża ta’ Juventus? Din hi bħalissa l-ikbar mistoqsija tas-supporters Juventini. Koulibaly ingħaqad ma’ Chelsea u allura waħda mill-ħolmiet tas-supporters sfaxxat fix-xejn. Il-ħolma l-oħra għandha l-isem ta’ Bremer, imma f’dal-każ dejjem intqal li l-Brażiljan ilu miftiehem ma’ Inter. Qed jissemma ħafna Pau Torres ta’ Villareal għalkemm is-somma ta’ 50 miljun li qed tissemma tagħmel dat-trasferiment mhux wisq fattibbli. Intant fl-aħħar sigħat bħal donnu bdew jinbidlu l-affarijiet f’dak li għandu x’jaqsam ma’ De Ligt. L-offerta ta’ Bayern Munich għalih hi baxxa wisq u s’issa ma wrewx sinjali li lesti jgħollu l-offerta tagħhom sabiex jissodisfaw it-talba ta’ Juventus. Fid-dawl ta’ dis-sitwazzjoni beda jingħad li De Ligt jista’ jibqa’ ma’ Juventus u jiffirma kuntratt ġdid. Diffiċli bħalissa li wieħed ibassar x’se jiġri. Li hu żgur hu li llum nistgħu ngħidu li hemm inqas ċertezza minn ftit tal-jiem ilu li De Ligt se jitlaq lil Juventus.

Matthew Scerri