L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (15 ta’ Lulju 2022)
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-15 ta’ Lulju 2022






Juventus ħabbru li xtraw lil Andrea Cambiaso mingħand Genoa għas-somma ta’ 8.5 miljun Ewro, liema somma se titħallas f’żewġ rati. Fil-ftehim hemm anki bonuses oħra li jilħqu l-massimu ta’ 3 miljun Ewro.
Radu Dragusin, mill-banda l-oħra, ingħaqad b’self ma’ Genoa. Jekk f’dan l-istaġun il-klabb tiegħu jilħqu miri sportivi speċifiċi, Genoa jkollhom l-obbligu li jixtruh għal kollox għal 5.5 miljun Ewro. Anki f’dal-każ hemm xi bonuses li jammontaw għal 1.8 miljun Ewro.
Matthew Scerri



ħIllum fl-aħħar Andrea Cambiaso kien Turin għat-testijiet mediċi fil-JMedical. Hu t-tielet plejer li Juventus xtraw das-sajf. Juventus se jħallsu 4 miljuni lil Genoa u flimkien mas-somma Genoa se jiksbu anki lil Dragusin. Id-difensur Rumen eks Juventus diġà għamel it-testijiet mediċi. Cambiaso wisq probabbli mhux se jibqa’ ma’ Juventus das-sajf. Minflok x’aktarx se jkun misluf lil xi tim tas-Serie A fejn ikun jista’ jilgħab b’mod regolari u jikseb esperjenza. Għalih qed jissemma self ma’ Bologna jew Salernitana.
Matthew Scerri
Koulibaly se jkun qed iħalli lil Napoli u se jingħaqad ma’ Chelsea li offrewlu kuntratt ta’ 10 miljuni fis-sena. Id-difensur mis-Senegal kien ikkuntattjat minn Juventus il-ġimgħa li għaddiet biss hu għażel li ma jaċċettax l-offerta tal-Bianconeri peress li: (i) Juventus kienu qed joffrulu inqas (6.5 miljuni); u (ii) hu ma ħassux li għandu jingħaqad ma’ tim rivali ta’ Napoli.
Matthew Scerri



Iż-żjara ta’ Salihamidzic ilbieraħ f’Turin kienet waħda qasira u inkonklużiva. Milli nafu ma kienx hemm laqgħa formali bejn Salihamidzic u d-diriġenti ta’ Juventus. Kien hemm biss kuntatt informali, li hu t-tieni wieħed wara dak tal-ġimgħa li għaddiet fil-belt ta’ Milan. L-ewwel offerta ta’ Bayern hi ta’ 60 miljun (xi wħud qed isostnu li offrew 65 miljun) flimkien ma’ 8-10 miljuni f’bonuses. Il-Bianconeri jixtiequ jbigħuh għal 100 miljun komplessivament, somma li però s’issa la Bayern u lanqas Chelsea ma resqu lejha. Fl-istess ħin, però, hu ovvju li Juventus ma jridux jgħaġġlu bil-għan li jdaħħu kemm jistgħu minn fuq il-bejgħ ta’ De Ligt. Realistikament bħalissa l-aktar probabbli hu li jinstab ftehim ma’ xi klabb fuq bażi ta’ 80 miljun (il-parti fissa), ma’ liema somma jiżdiedu xi bonuses oħra. Intant qed ikun irrapurtat li De Ligt għarraf lil Juventus li hu jrid jingħaqad ma’ Bayern. Issa jmiss li Bayern u Juventus ikomplu jiddiskutu bejniethom sabiex jintlaħaq ftehim. Li hu ċert hu li Juventus ma jridux tpartit ta’ plejers. Minflok jippreferu somma cash biss ħalli jkunu jistgħu jinvestuha fl-akkwsit ta’ sostitut jew sostituti għall-Olandiż. L-ismijiet nafuhom: Bremer, Koulibaly, Milenkovic, Gabriel, Pau Torres u Kimpembe.
Matthew Scerri