L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (12 ta’ Lulju 2022)
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-12 ta’ Lulju 2022






Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet ta’ preżentazzjoni tiegħu, Angel Di Maria sostna li hemm possibbiltà li jibqa’ ma’ Juventus għal iktar minn sena waħda. Qabelxejn hu stqarr li jħossu onorat li l-iktar klabb importanti tal-Italja, il-Juventus, stennewh għal 40 jum. Hu spjega li dam ma ta risposta lil Juventus peress li xtaq iqatta’ perjodu trankwill mal-familja. Dwar il-possibbilità li jibqa’ għal iktar minn sena, Di Maria wieġeb: “Fil-futbol kollox jinbidel malajr u qatt ma tista’ teskludi xejn. Minn qalbi ngħid li Juventus ittrattawni tajjeb ferm s’issa. Għalissa se nikkunċentra fuq dis-sena biss. Imbagħad naħsibha sew iktar tard.” L-espressjoni ta’ wiċċ Di Maria waqt li qal dal-kliem tixhed ċar li Di Maria hu verament kuntent ma’ Juventus u li mhu veru xejn li hu moħħu biss li jmur lura l-Arġentina wara t-Tazza tad-Dinja.
Matthew Scerri
Hasan Salihamidzic telaq lura l-Ġermanja wara li kellu laqgħa mal-aġent ta’ De Ligt, Rafaela Pimenta. Hi tinsab Turin minħabba t-trasferiment ta’ Pogba. Bayern Munich huma interessati ferm li jiksbuh u allegatament għandhom ftehim biex jagħtuh paga ta’ 12-il miljun fis-sena. Issa jonqos li jinstab verament ftehim ma’ Juventus. Illum ma jirriżultax li Salihamidzic tkellem ma’ Juventus u hemm għidut li l-laqgħa proprju bejn Bayern u Juve se ssir aktar tard dil-ġimgħa. Juventus qed jinsistu li jridu 100 miljun. Bayern, min-naħa tagħhom waslu sa 70 miljun bil-possibbiltà li jżidu xi bonuses għal somma globali ta’ bejn 80 u 90 miljun Ewro. Intant kemm qabel kif ukoll wara l-laqgħa ma’ Pimenta, Salihamidzic stqarr mal-ġurnalisti li hemm “ottimiżmu” min-naħa ta’ Bayern.
Matthew Scerri
Ftit tal-ħin ilu wasal Turin id-Direttur għall-iSports ta’ Bayern Munich, Hasan Salihamidzic. Hu se jkun qed jiltaqa’ ma’ Juventus u se jressaq l-ewwel offerta tal-klabb Ġermaniż għal De Ligt. L-għidut hu li De Ligt qed jagħti l-ewwel preferenza tiegħu lil Bayern Munich, li min-naħa tagħhom qed joffru allegatament 80 miljun Ewro flimkien ma’ 10 miljuni oħra f’bonuses.
Matthew Scerri
Angel Di Maria u Pogba huma issa uffiċjalment plejers ta’ Juventus. Mill-istqarrijiet għall-aħbarijiet maħruġa minn Juventus F.C. sirna nafu li l-commissions li se jitlħallsu lill-aġenti jammontaw għal 1.3 miljun Ewro (Di Maria) u 2.5 miljun Ewro (Pogba). Dan jixhed hemm verament id-diriġenza attwali qed tibdel l-istil tat-tmexxija tat-tim. Fil-passat Marotta u Paratici kienu magħrufa għax kienu jħallsu flejjes kbar lill-aġenti f’commissions. Issa l-affarijiet inbidlu u n-nefqa f’commissions naqset drastikament.
Matthew Scerri
Fil-11 ta’ Lulju 2021 it-tim nazzjonali Taljan rebaħ il-Kampjonat Ewropej għan-Nazzjonijiet għat-tieni darba fl-istorja. Ir-rebħa tal-Euro2020 kienet ferm mistħoqqha minkejja d-diffikultajiet li l-Azzurri kellhom fis-snin qabel u wara dir-rebħa.
11 ta’ Lulju 1982 l-Italja rebħet it-Tazza tad-Dinja għat-tielet darba fl-istorja. Fil-filmat t’hawn taħt tistgħu taraw il-finali bejn Italja u Ġermanja.


