Id-dati u l-ħinijiet tal-ewwel ħames partiti tas-Serie A

Il-Lega Calcio ħabbret id-dati u l-ħinijiet tal-ewwel ħames partiti tas-Serie A 2022/23. Juventus se jkunu impenjati kif ġej:

L-1 Ġurnata: Juventus-Sassuolo (it-Tnejn 15 ta’ Awwissu 2022, 8.45 p.m.)
It-2 Ġurnata: Sampdoria-Juventus (It-Tnejn 22 ta’ Awwissu 2022, 6.30 p.m.)
It-3 Ġurnata: Juventus-Roma (Is-Sibt 27 ta’ Awwissu 2022, 6.30 p.m.)
Ir-4 Ġurnata: Juventus-Spezia (L-Erbgħa 31 ta’ Awwissu 2022, 8.45 p.m.)
Il-5 Ġurnata: Fiorentina-Juventus (Is-Sibt 3 ta’ Settembru 2022, 3.00 p.m.)

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (1 ta’ Lulju 2022)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-1 ta’ Lulju 2022

Prima Pagina Tuttosport 01/07/2022

Prima Pagina La Gazzetta dello Sport 01/07/2022

Prima Pagina Corriere dello Sport 01/07/2022

Arrivabene jgħid tiegħu dwar Pogba, De Ligt u Dybala

Maurizio Arrivabene ta intervista esklussiva lil Tuttosport fejn tkellem fit-tul dwar is-suq tat-trasferimenti ta’ Juventus. B’mod partikolari hu kellu l-opportunità li jagħti l-verżjoni tiegħu dwar Pogba, Dybala u De Ligt.

Skont Arrivabene, Juventus jinsabu f’taħdidiet ma’ Pogba u l-affarijiet sejrin tajjeb ferm. Dwar Dybala spjega li hu veru li kien hemm offerta ta’ erba’ snin lill-plejer (iċ-ċifra ma semmihiex), liema offerta kienet ġiet mgħoddija lill-aġent tal-plejer. Madankollu, imbagħad, Juventus għamlu kunsiderazzjonijiet ulterjuri li wassluhom biex iwaqqgħu dik l-offerta. Fakkar li f’Jannar l-affarijiet inbidlu drastikament wara li nkiseb Vlahovic.

Id-diriġent Juventin kellu l-opportunità li jitkellem dwar l-għidut li għandu x’jaqsam ma’ De Ligt. Fi kliem Arrivabene, illum hu impossibli li l-klabb iżomm plejer kontra r-rieda tiegħu. Tenna li fil-futbol tal-lum il-plejers jagħmlu biss dak li jgħidulhom l-aġenti. Skontu, f’sitwazzjonijiet bħal dawn hu importanti li t-tliet partijiet iqumu minn mal-mejda tat-taħdidiet kuntenti. Fi kliem ieħor irid jinstab ftehim li jkun konvenjenti għax-xerrej, għall-bejjiegħ u għall-plejer innifsu.

Matthew Scerri

Filmat: It-trio leġġendarju Boniperti-Charles-Sivori

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (30 ta’ Ġunju 2022)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-30 ta’ Ġunju 2022

Prima Pagina Tuttosport 30/06/2022

Prima Pagina La Gazzetta dello Sport 30/06/2022

Prima Pagina Corriere dello Sport 30/06/2022

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (29 ta’ Ġunju 2022)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum id-29 ta’ Ġunju 2022

Prima Pagina Tuttosport 29/06/2022

Prima Pagina La Gazzetta dello Sport 29/06/2022

Prima Pagina Corriere dello Sport 29/06/2022

Magħrufa l-kowċis tat-timijiet Under 19 u Under 23 ta’ Juventus

Juventus ħabbru b’mod uffiċjali l-kowċis il-ġodda maħtura biex imexxu lit-tim tal-Under 19 (il-Primavera) u l-Under 23.

Massimo Brambilla se jkun qed imexxi lit-tim Under 23. Hu ġej minn seba’ snin ma’ Atalanta fejn fost l-oħrajn mexxa lit-tim Primavera għal ħames snin sħaħ u rebaħ żewġ kampjonati u żewġ Super Cups. Hu meqjus bħala l-kowċis ideali biex jgħin lill-plejers jimmaturaw u jkunu lesti għall-ewwel tim ta’ Juventus.

Il-Primavera, imbagħad, se tkun immexxija minn eks plejer ta’ Juventus li għadu fil-qalb ta’ ħafna supporters Juventini: Paolo Montero. Hu għandu esperjenza tajba fi tmexxija ta’ timijiet fl-Urugwaj (Penarol) u l-Arġentina (Boca Unidos, Rosario Central u San Lorenzo). Fl-Italja mexxa lit-tim ta’ Sambenedettese.

Nawgurawlhom il-ħidma t-tajba.

Matthew Scerri

Cambiaso se jibqa’ ma’ Juventus jew se jkun misluf?

Andrea Cambiaso jinsab pass ‘il bogħod milli jsir plejer ta’ Juventus. Allegatament jeżisti ftehim bejn Juventus u Genoa sabiex Cambiaso jingħaqad mal-Bianconeri għall-prezz ta’ 4 jew 5 miljun Ewro. Flimkien ma’ dis-somma Juventus se jgħaddu lil Genoa anki lil Dragusin. Hemm għidut li Cambiaso se jkun misluf lil Atalanta, għalkemm skont rapporti oħra Cambiaso jista’ jkun is-sostitut ta’ Pellegrini li mistenni jitlaq lil Juventus.

Matthew Scerri

L-attenzjoni issa ddur fuq Zaniolo

Hekk kif tidher li waslet fi tmiemha t-telenovela Di Maria, Juventus x’aktarx dawru issa ħarsithom fuq Nicolò Zaniolo. Hu qed jissemma bħala t-tielet akkwist eċċellenti tal-Bianconeri wara Pogba u Di Maria li għalkemm għadhom mhux imħabbra uffiċjali, ftit li xejn jifdal dubji dwar il-fatt li se jilbsu l-flokk ta’ Juventus. Waqt li Pogba u Di Maria ma swew xejn lil Juventus minħabba li huma free-agents, Zaniolo jaf ifisser investiment important min-naħa tal-Bianconeri. MInn dak li nafu, il-ġimgħa li għaddiet Cherubini kellu laqgħa ma’ Thiago Pinto. Il-partijiet tkellmu, fost l-oħrajn, anki dwar il-possibbiltà ta’ trasferiment ta’ Zaniolo ma’ Juventus. Jidher li Roma qed ikollhom diffikultajiet kbar biex jikkonvinċu lil Zaniolo jiffirma kuntratt ġdid magħhom u fehmu li x’aktarx ikun aħjar li jbigħuh minflok jitilfuh b’xejn. Roma qed jitolbu somma ta’ madwar 50 miljun, filwaqt li Juventus x’aktarx ma jridux jaqbżu l-40 miljun. Fil-ftehim Juventus jixtiequ li jkun hemm parti li tiħallas cash u parti oħra li tkun koperat bi bdil ta’ plejers. F’dal-każ qed jissemma ħafna Arthur.

Matthew Scerri