Offerta min-naħa ta’ Juventus għal Molina

Parti mill-flus li Juventus se jdaħħlu mill-bejgħ ta’ De Ligt x’aktarx se jkunu investiti fl-akkwist ta’ Molina mingħand Udinese. Hemm rapporti li Juventus ressqu offerta ta’ 15-il miljun Ewro u bonuses għal Molina. Udinese, allegatament, qed jitolbu 30 miljun, biss il-fatt li m’hemmx offerti oħra għalih minn klabbs oħra, jaf ikun punt ta’ vantaġġ għal Juventus biex jiksbuh bil-prezz li jridu huma.

Matthew Scerri

Di Maria jasal Turin illejla? U Pogba …

Illejla Angel Di Maria mistenni jasal Turin sabiex għada jmur fil-JMedical għat-testijiet mediċi qabel jiffirma l-kuntratt ma’ Juventus. Din l-aħbar mhix konfermata b’mod uffiċjali minn Juventus, biss qed tingħata bħala ċerta minn diversi sorsi. Di Maria llum se jkun qed jivvjaġġa b’destinazzjoni Turin u minn għada tibda l-avventura tiegħu mal-Bianconeri.

Paul Pogba, mill-banda l-oħra, x’aktarx se jkun Turin għat-testijiet mediċi ma’ Juventus nhar is-Sibt. It-tnejn li huma se jibdew il-preseason ma’ Juventus minn nhar il-Ħadd 10 ta’ Lulju flimkien mal-kumplament tat-tim.

Matthew Scerri

Laqgħa Ġenerali Annwali 2022

Il-laqgħa ġenerali annwali 2021/22 se tinżamm għada l-ġimgha 8 ta’ Lulju fis-7 ta filgħaxija ġewwa l-premises tal-klabb tagħna ġewwa Birkirkara.

Kull membru huwa mistieden jattendi.

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (7 ta’ Lulju 2022)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-7 ta’ Lulju 2022

Prima Pagina Tuttosport 07/07/2022

Prima Pagina La Gazzetta dello Sport 07/07/2022

Prima Pagina Corriere dello Sport 07/07/2022

 

Cambiaso mistenni jkun Turin nhar il-Ġimgħa

Nhar il-Ġimgħa Andrea Cambiaso mistenni jkun Turin għat-testijiet mediċi qabel jiffirma l-kuntratt ma’ Juventus. Il-klabbs ilhom miftehim u s’issa t-trasferiment għadu ma ġiex ifinalizzat minħabba li Dragusin għadu ma aċċettax li jingħaqad ma’ Genoa bħala parti minn dal-ftehim. Jekk Dragusin finalment jgħid ‘le’ lil Genoa, il-klabbs se jerġgħu jiltaqgħu biex isibu ftehim alternattiv, jiġifieri Genoa jkunu qed jieħdu plejer ieħor mingħand Juventus.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (6 ta’ Lulju 2022)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-6 ta’ Lulju 2022

Prima Pagina Tuttosport 06/07/2022

Prima Pagina La Gazzetta dello Sport 06/07/2022

Prima Pagina Corriere dello Sport 06/07/2022

Bayern Munich ukoll interessati f’De Ligt

Ftit li xejn jidher li hemm tama li Matthijs De Ligt jibqa’ ma’ Juventus. Kliem Arrivabene ftit tal-jiem ilu, juri biċ-ċar li r-rieda ta’ De Ligt hi li jitlaq u jibda esperjenza ġdida ma’ klabb ieħor. Nafu li Chelsea jriduh u allegatament offrew 70-75 miljun Ewro flimkien ma’ 10 miljuni oħra f’bonuses. Fl-aħħar sigħat, mill-Ġermanja, ħarġet l-aħbar li anki Bayern Munich iridu lil De Ligt u lesti joffru 70 miljun flimkien ma’ Pavard. Il-pożizzjoni ta’ Juventus f’dan l-istadju hi li lesti jħalluh jitlaq biss jekk titħallas il-penali ta’ 120 miljun Ewro biex hi jkun jista’ jinħall mill-kuntratt tiegħu. Ħafna qed ibassru li Juventus lesti jikkunsidraw offerti ta’ 100 miljun Ewro cash jew ftit iktar. Taħt il-100 miljun, Juventus ma jridux jinżlu. F’das-sens il-fatt li hemm żewġ timijiet kbar li jridu jiksbu s-servizzi tiegħu, x’aktarx se jgħin biex l-offerti tal-klabbs lil Juventus jogħlew u jilħqu dak li qed jistennew il-Bianconeri.

Matthew Scerri

Uffiċjali: Mandragora mibjugħ lil Fiorentina

Juventus ħabbru li bigħu lil Rolando Mandragora lit-tim ta’ Fiorentina għas-somma ta’ 8.2 miljun Ewro, liema somma se titħallas fi tliet rati. Ma’ dis-somma hemm anki performance bonus li jammonta għal 1 miljun Ewro.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (5 ta’ Lulju 2022)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-5 ta’ Lulju 2022

Prima Pagina Tuttosport 05/07/2022

Prima Pagina La Gazzetta dello Sport 05/07/2022

Prima Pagina Corriere dello Sport 05/07/2022

Zaniolo msemmi b’saħħa ma’ Juventus

Kulma jmur Nicolò Zaniolo qed jissemma dejjem iktar b’saħħa ma’ Juventus. Minn dak li qed jiġi rrapurtat, jidher li r-rieda ta’ Zaniolo hi li jitlaq lil Roma biex jingħaqad ma’ Roma. It-taħdidiet ma’ Roma għall-kuntratt il-ġdid tiegħu huma weqfin bil-partijiet mhux jirnexxilhom jiddjalogaw. Zaniolo jrid jitlaq. Roma jridu jżommuh biss fehmu li l-plejer għandu intenzjonijiet oħra u, bħal dejjem, klabb diffiċli jżomm plejer kontra r-rieda tiegħu. Bil-mod il-mod Juventus għaddejjin bil-ħidma tagħhom biex jiksbu s-servizzi ta’ Zaniolo. S’issa ma jirriżultax li kien hemm offerti uffiċjali min-naħa ta’ Juventus, għalkemm nafu fiċ-ċert li l-klabbs iltaqgħu u tkellmu b’mod informali dwar Zaniolo. L-għidut hu li Juventus lesti joffru tpartit ma’ Arthur jew inkellha jiksbu lil Zaniolo b’self bl-obbligu li jixtruh għal kollox is-sena d-dieħla.

Matthew Scerri