L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (30 ta’ Jannar 2022)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-30 ta’ Jannar 2022.

Prima Pagina Tuttosport 30/01/2022

Prima Pagina La Gazzetta dello Sport 30/01/2022

Prima Pagina Corriere dello Sport 30/01/2022

Bħal-lum fil-passat (30 ta’ Jannar)

Fit-30 ta’ Jannar 1994 Juventus lagħbu kontra Foggia fil-kampjonat u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0. Il-gowls kellhom il-firma ta’ Baggio u Ravanelli. Il-video t’hawn taħt jurina l-aqwa siltiet tal-partita. Interessanti li dakinhar, qabel il-partita, kien hemm dimostrazzjoni min-naħa tal-ħaddiema tal-FIAT. Barra minn hekk dakinhar Baggio wera l-Ballun tad-Deheb lis-supporters fil-grawnd.

Tottenham iridu b’saħħa lil Bentancur u lil Kulusevski

It-tim ta’ Tottenham jinsabu f’kuntatti ma’ Juventus biex jiksbu lil Bentancur u lil Kulusevski. Paratici talabhom b’self it-tnejn li huma, filwaqt li Juventus qed jistennew minn tal-inqas li wieħed mill-plejers jiġi mixtri mentri l-ieħor ikun misluf. F’dan l-istadju kollox jindika li kemm Bentancur kif ukoll Kulusevski se jitilqu lil Juventus bejn illum u nhar it-Tnejn. Malli huma jiffirmaw għal tim ieħor, Juventus ikunu jistgħu jiffinalizzaw l-akkwist ta’ Zakaria.

Matthew Scerri

Juventus qrib li jixtru lil Zakaria

Wara Vlahovic, Juventus jinsabu pass ‘il bogħod milli jiksbu anki lil Denis Zakaria mingħand Borussia Monchengladbach. Juventus għandhom ftehim mal-aġenti tal-plejer u aktar kmieni llum ressqu offerta lill-klabb Ġermaniż. Juventus qed joffru lil Borussia s-somma ta’ 5 miljuni flimkien ma’ 2 miljuni oħra f’bonuses.
Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (29 ta’ Jannar 2022)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum id-29 ta’ Jannar 2022.

Prima Pagina Tuttosport 29/01/2022

Prima Pagina La Gazzetta dello Sport 29/01/2022

Prima Pagina Corriere dello Sport 29/01/2022

Bħal-lum fil-passat (29 ta’ Jannar)

‘Gobbo Maltese’ qed iwasslilna video ieħor mill-passat. Din id-darba għandna Napoli-Juventus tal-1984. Infakkru li kuljum qed inwasslulkom filmat ta’ partita mill-passat li tkun intlagħbet f’dik l-istess ġurnata li nkunu fiha.

Diversi klabbs interessati li jiksbu lil Kulusevski

Dejan Kulusevski jidher li wasal fi tmiem l-esperjenza tiegħu ma’ Juventus. Fl-aħħar jumejn kien hemm ħafna għidut li Kulusevski se jitlaq lil Juventus. Fuqu hemm interess minn diversi klabbs tal-Premier League: Everton, Arsenal u Tottenham. Jirriżulta li Milan għamlu kuntatt ma’ Juventus għal Kulusevski bil-medjazzjoni tal-aġent Lucci. Il-proposta ta’ Juventus kienet ta’ self għal sena u nofs, b’Milan ikollhom l-obbligu li jixtruh għal kollox sena u nofs oħra għal 35 miljun Ewro. Dil-proposta ma għoġbitx lil Milan li ma jridux l-obbligu li jixtruh għal kollox.

Matthew Scerri