Azmoun jista’ jingħaqad ma’ Juventus f’Jannar
Allegri kemm-il darba rrepeta li Juventus se jibqgħu b’dal-plejers sa tmiem l-istaġun anki jekk qatt ma eskluda li jista’ jkun hemm xi opportunità li Juventus jieħdu biex isaħħu lit-tim tagħhom. F’dawn is-sigħat hemm diversi xnigħat li Juventus jinsabu f’negozjati ma’ Zenit biex jixtru lil Sardar Azmoun. L-attakkkant Iranjan ta’ 27 sena jista’ jimla l-vojt li se jħalli Chiesa minħabba l-injury fit-tul li sofra. Zenit qed jitolbu 5 miljuni għal Azmoun, filwaqt li Juventus lesti joffru biss somma iżgħar f’bonuses minħabba li l-attakkant għandu kuntratt ma’ Zenit li wasal biex jiskadi. Bosta gazzetti u siti huma ottimisti li Juventus se jsibu ftehim ma’ Zenit biex Azmoun jingħaqad mat-tim ta’ Allegri.
Matthew Scerri
Dybala u t-tiġdid tal-kuntratt tiegħu
Issa ilna għal dawn l-aħħar xhur nisimgħu li Dybala qiegħed qrib li jiffirma kuntratt ġdid mal-klabb, liema firma baqghet qatt ma waslet.
Iċ-ċifra li bdiet kostantament tissemma hija dik ta’ 10 miljuni fis-sena, però l-mistoqsija prinċipali f’dan kollu hija jekk Dybala jimmeritahx li jaqla’ daqshekk. Kulħadd għandu dritt għal opinjoni imma personalment ma naħsibx li wera li jimmeritah din il-paga għal diversi raġunijiet li se nkun qiegħed nispjega.
Ilkoll naqblu li Dybala kien wieħed mill-aktar plejers important f’dal-aħħar snin però stennejna li jagħmel dik il-qabża li sfortunatment baqa’ m’għamilx u ma narax li għandu karatteristiċi ta’ leader li jkun kapaċi jġorr it-tim fuq spallejh, dak li t-Taljani jsejħulu trascinatore. Dawn l-aħħar sentejn kienu wkoll ikkaratterizzati minn diversi injuries u problem fiżiċi għall-Arġentin fejn sab diffikultà biex iżomm ruħu fl-aħjar kundizzjoni possibbli.
Meta wieħed janalizza dan kollu jiġi f’dubju jekk Dybala verament jimmeritahx din il-paga li allegatament talab. Wara li skont il-ġurnalist ta’ Goal Italia Romeo Agresti qal li l-klabb kellu ftehim verbali ma’ Dybala u l-aġent tiegħu Jorge Antun sa minn Ottubru li għadda issa qed jibdew jiċċirkolaw rapporti li l-klabb qed jikkunsidra joffrilu kuntratt ġdid fi Frar li ġej però din id-darba għal figura inqas li hi ta’ 7.3 miljuni fis-sena. Nistennew u naraw.
Luke Zammit
L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (17 ta’ Jannar 2022)
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-17 ta’ Jannar 2022.
3 punti u kuntratti
Juventus vs Udinese gabet 3 punti ohra li jzommuna mwahhlin ma’ l-ewwel erba tal-klassifika. Il-parti teknika bhas-soltu ftit fiha xi tghid u jkun inutli li dejjem nirrepetu l-istess diskors sa fejn huma l-limiti tat-team taghna. Komplejna rajna l-progress li qed jaghmel il-player westin mc kennie li rega sab ix-xibka ghal darbohra f’hin krucjali tal-partita fejn kellna bzonn naghlqu l-partita ghaliex Udinese mal-hin bdew hergin minn nofs pitch taghhom u ghalkemm kienu rimaneggati bosta players neqsin xorta kien hemm periklu li nergaw nitilfu punti krucjali ma’ dawn it-tip ta’ timijiet.
Ahjar mis-soltu kien ukoll rodrigo bentancur fejn wera aktar konvinzjoni u aktar hrug bil-ballun biex kemm il-darba tella l-iskwadra bil-ballun u bena xi azzjonijiet importanti. Fuq nota pozittiva ukoll nahseb bix-xieraq illi nfahhar ukoll lil daniele rugani, player tant kritikat izda f’nuqqas ta’ players nahseb li dan l-ahhar qeda dmiru pjuttost tajjeb specjalment ilbierah ghalkemm fl-ahhar mumenti ghamel zball biex janticipa player ta’ Udinese li seta wassal ghal gowl ta’ dro.
Ma’ nistax ma’ nghidx kelma fuq dak li gara lbierah rigward paolo dybala u l-mument illi skorja l-gowl tal-vantagg u r-reazzjoni li kellu meta skorja b’hars ikrah lejn it-tribuna bla dubju lejn id-dirigenza. Dan kien sinjal illi kollox lixx mhuwiex bhal m’huwa jinghad pubblikament, xi haga gara u qed jigri. Ha nibda b’dybala, captain ta’ Juventus m’ghandu qatt jirreagixxi pubblikament b’dan il-mod ghandu kemm ghandu ragun! Dybala ghandu jiftakar li Juventus gabuh u wrew fiducja fih ta’ eta zghira u nvestew somma sostanzjali ghalih! Dybala jrid jirrealizza li huwa player tajjeb hafna u xejn aktar. La hu xi del piero, la hu xi zidane u lanqas hu xi platini u li meta jaghmluk captain ta’ Juventus qed igorr responsabilta mhux biss ta’ team izda ta’ socjeta shiha u b’ghemilek trid tkun ta’ ezempju (ftakru f’del piero).
Izda nghaddi ghas-sur arrivabene! Bla dubju dan kollu inholoq minhabba l-paroli fil-vojt mal-media ta’ dan ir-ragel. L-inqas wiehed fl-opinjoni tieghi li ghandu jmur iparla mal-media ghaliex meta ma’ tkunx bniedem tal-futbol bi kliem bhal ma’ qal hlief danni ma’ tohloqx u hekk gara! Arrivabene irid biss jiehu hsieb il-finanzi kif qallu l-kap tieghu john elkann; il-kummenti jhallijom ghal cherubini u nedved, xejn xejn forsi jghidulna ghaliex ghafgu daqshekk f’dawn l-ahhar snin!
Jidher car illi d-decizjoni tas-socjeta hija li jistennew sa frar biex jaraw is-sitwazzjoni tal-klassifika u kemm hemm cans li nigu ma’ l-ewwel erba biex jibdew jiggeddu certu kuntratti bhal ta’ bernardeschi, de sciglio, cuadrado, u wisq aktar paolo dybala. Ghaliex inutli noholmu u nsemmu missna niehdu lil dak u lill-iehor ghaliex jekk ma’ nidhlux champions league ridimensjonament iehor ser ikun hemm.
Nisperaw illi f’dan it-tieni round tal-kampjonat inkunu aktar stabbli u determinati li naslu ghaliex wisq tlifna punti fl-ewwel round li mhux ha tkun facli nirkupraw. Irridu napprofittaw ruhna mis-sitwazzjoni ta’ napoli u atalanta biex naghtu sinjal ta’ sahha u nitfaw l-pressjoni fuqom.
FORZA JUVE DEJJEM
L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (16 ta’ Jannar 2022)
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-16 ta’ Jannar 2022.