L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (29 ta’ Diċembru 2021)
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum id-29 ta’ Diċembru 2021.



Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum id-29 ta’ Diċembru 2021.
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-28 ta’ Diċembru 2021.
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-27 ta’ Diċembru 2021.
Filwaqt li navża li llum ma sibtx l-ewwel paġni tal-gazzetti disponibbli bħas-soltu, nieħu l-okkażjoni biex nawgura lilkom u familji tagħkom il-Milied it-Tajjeb.
Nirringrazzja lil kull min kien isegwi dir-rokna kuljum.
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-24 ta’ Diċembru 2021.
❗AVVIŻ IMPORTANTI❗
Il-Kumitat javża li mill-partita kontra Sampdoria li se ssir fit-18 ta’ Jannar 2022, id-dħul ġewwa l-Club se jkun esklussiv ghal kull min jippreżenta ċertifikat tal-vaċċin validu biss.
Dan qiegħed isir sabiex nissalvagwardjaw saħħet il-membri tagħna u sabiex nimxu mad-direttivi imposti mid-Dipartiment tas-Saħħa.
❗IMPORTANT NOTICE❗
The Club committee informs that as from the match against Sampdoria scheduled for the 18 January 2022, entrance inside the Club will be exclusive to all those in possession of a valid vaccine certificate.
This measure is being implemented to safeguard the health of our members and to abide to the rules announced today by the Department of Health.
Għeżież Membri,
Ninsabu fl-aħħar jiem tal-2021 u bħal dejjem f’daż-żminijiet nikteb kelmtejn sabiex filwaqt li nibgħatilkom l-awgurji għal Milied ħieni u sena ġdid mimlija risq u barka, nagħlqu s-sena b’ħarsa lura lejn dak kollu li jkun sar.
Kif jaf kulħadd l-2021 kienet sena diffiċli għal kulħadd minħabba l-impatt tal-pandemija. Għal żmien twil kellna nibqgħu bil-bibien magħluqa u tassew ħassejna n-nuqqas tagħkom ilkoll. Prattikament qattjna nofs sena mingħajrkom fiżikament preżenti fil-Club. F’dawk ix-xhur il-ħidma tiegħi u ta’ sħabi tal-Kumitat ma waqfet xejn, anzi ħadna l-okkażjoni biex inwettqu xogħlijiet ta’ tisbiħ u modernizzar tal-premises. Komplejna ninvestu ħafna u nassigurakom li ma waqafniex minuta mill-ħidma tagħna. Nirringrazzja għaldaqstant lill-membri tal-Kumitat li jagħmlu xogħolhom b’tant passjoni u dedikazzjoni.
Kburi ngħid li t-tmexxija għaqlija tal-aħħar snin ħalliet il-frott tagħha għax minkejja li ninsabu f’nofs pandemija li ilha tifleġ lid-dinja kollha għal sentejn sħaħ, il-Club tagħna kien finanzjarjament f’pożizzjoni solida u stajna nibqgħu ninvestu minkejja d-dħul tal-Club naqas. Mhux talli ma waqafniex imma saħansitra qed inħejju ħafna sorpriżi għall-futur sabiex intom il-membri jkollkom verament l-aħjar kif jixirqilkom.
Żammejna kuntatti mill-aqwa ma’ barra minn Malta, komplejna naqdu lilkom il-membri b’biljietti tal-partiti ta’ Juventus at face value. Jien personalment tlajt Turin diversi drabi, sakemm kien possibbli minħabba l-pandemija, biex inżomm ħajjin il-kuntatti li għandna hemmhekk. Kif tafu aħna qatt ma nieqfu naħdmu biex nirrappreżentaw lill-Club barra minn xtutna u nippruvaw noħolqu opportuntajiet mill-aqwa għalikom il-Juventini tal-gżejjer Maltin.
Minn qalbi nirringrazzja lilkom il-membri kollha talli bqajtu leali lejn il-klabb minkejja ż-żmijijet diffiċli tal-pandemija. Grazzi mill-qalb lil dawk li baqgħu jattendu l-klabb fl-aħħatr xhur. Grazzi anki lil dawk il-membri li reġgħu għażlu li jidħlu fil-familja tal-Club tagħna wara li kienu waqfu jattendu għal xi snin.
Nagħlaq bħal dejjem billi nirringrazzja lill-isponsors. Il-ġenerożità tagħhom tassew ma tieqaf qatt anki fi żminijiet daqstant diffiċli.
Grazzi mill-qalb lil kulħadd u nawguralkom il-Festi t-Tajba!
Joseph Fenech
President
Juventus Club Vero Amore (Malta 1975)
Fl-1951 bħal-lum Juventus kienu għelbu lil Palermo fis-Serie A bl-iskor ta’ 4-0. Il-gowls ta’ Juventus kellhom il-firma ta’ Vivolo (2), Hansen u Muccinelli.
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-23 ta’ Diċembru 2021.
Il-President u l-Kumitat kollu tal-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975) jawguraw Muilied hieni u sena ġdid mimlija risq u barka lill-membri, lill-familjari tagħhom u lis-supporters Juventini kollha Maltin u Għawdxin. Nawguraw lil kulħadd li dan ikun żmien ta’ paċi, mistrieħ u mħabba li jibqgħu magħna tul is-sena kollha 2022.