Illejla l-poloz tal-gruppi taċ-Champions League

Illejla fis-6.00 ta’ filgħaxija f’Istanbul se tinżamm iċ-ċerminonja tat-tlugħ tal-poloz tal-gruppi taċ-Champions League. It-timijiet se jkunu mqassma f’erba’ urni kif ġej:

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (26 ta’ Awwissu 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-26 ta’ Awwissu 2021.

Mendes jinsab Turin!

Tard illejla l-aġent Jorge Mendes wasal Turin b’titjira privata u baqa’ sejjer fil-villa ta’ Ronaldo. Allegatament hu mar Turin biex jifli ma’ Ronaldo l-offerta ta’ Manchester City. S’issa għad m’hemm ebda aħbar li Mendes se jiltaqa’ ma’ Cherubini.

Matthew Scerri

Il-Lega se tappoġġa lill-klabbs li mhux se jibagħtu lill-plejers man-nazzjonal

Il-Lega tas-Serie A se timxi fuq l-eżempju tal-Premier League u tal-Liga Spanjola. Fi stqarrija maħruġa llejla, Il-Lega ħabbret li se taghti l-appoġġ sħiħ tagħha lill-klabbs li se jagħżlu li ma jibagħtux lill-plejers tagħhom għall-impenji mat-timijiet nazzjonali f’pajjiżi fejn hu mitlub li tkun osservata kwarantina wara li jmorru lura l-Italja. Il-Fifa ġiet taqa’ u tqum bħal dejjem mill-interessi tal-klabbs u allura fi Spanja, fl-Ingilterra u fl-Italja qed jingħata appoġġ lill-klabbs li mhux se jibagħtu l-plejers tagħhom mat-tim nazzjonali. Din hi problema li tirrigwarda l-aktar lill-plejers li ġejjin minn barra l-Ewropa. Juventus, perżempju, wara l-waqfa se jilagħbu kontra Napoli u kieku jkollhom jilaghbu mingħajr Il-plejers Sud-Amerikani.

Matthew Scerri

Tliet plejers se jsellmu lil Juventus?

Qed ikun irrapurtat li f’dal-jiem il-Juventus store mhuwiex ibigħ flokkijiet ta’ Juventus bl-isem u n-numru ta’ De Sciglio, Rugani u Pellegrini. Dan x’aktarx hu sinjal li Juventus qed jippruvaw ineħħuhom f’dawn l-aħħar jiem tas-suq tat-trasferimenti.

Matthew Scerri

Manchester City u PSG għadhom interessati li jiffirmaw lil Ronaldo

Ninsabu ftit jiem ‘il bogħod mill-għeluq tas-suq tat-trasferimenti u l-għidut dwar il-futur ta’ Ronaldo ma jridx jieqaf. Fl-aħħar sigħat reġa’ issemma b’saħħa li PSG u Manchester City iriduh. Intqal li Manchester City jinsabu f’taħdidiet mal-aġent Mendes. Qed jingħad li Juventus lesti jbigħuh għal 30 miljun Ewro u eventwalment lesti jaċċettaw tpartit ma’ Gabriel Jesus. PSG, imbagħad, qed joħolmu li jiffurmaw il-koppja Ronaldo-Messi. Dan hu possibbli peress li jidher li Real Madrid jinsabu lesti li joffru 160 miljun Ewro lil PSG għal Mbappe. Fil-każ li jitlaqhom Mbappe, PSG ikunu lesti li jixtru lil Ronaldo. X’inhi l-verità ma nafux. Ftit jiem oħra u dit-telenovela tasal fi tmiemha!

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (25 ta’ Awwissu 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-25 ta’ Awwissu 2021.

Injury anki għal Ramsey

Aaron Ramsey sofra injury muskolari fi tmiem il-partita kontra Udinese. Dalgħodu sarulu xi testijiet u rriżulta li l-entità tal-injury mhux gravi. Għaxart ijiem oħra se jsirulu testijiet oħra.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (24 ta’ Awwissu 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-24 ta’ Awwissu 2021.

Bħal-lum fil-passat (24 ta’ Awwissu)

Qabża lura għas-sena 1999 meta, proprju bħal-lum, Juventus kienu impenjati fit-Tazza Intertoto kontra Rennes fit-tieni leg tal-Finali tal-kompetizzjoni. L-iskor finali kien ta’ 2-2, b’Conte u Zambrotta jiskurjaw għal Juventus. B’dar-riżultat Juventus rebħu t-Tazza Intertoto.