Id-dettalji tal-ftehim għat-trasferiment ta’ Locatelli ma’ Juventus

Fi stqarrija uffiċjali Juventus ħabbru li kisbu lil Manuel Locatelli b’self għal sentejn sat-30 ta’ Ġunju 2023. Juventus mhuma se jħallsu xejn għas-self. Fl-2023 il-Bianconeri jkollhom l-obbligu li jixtruh għal kollox għas-somma ta’ 25 miljun Ewro, liema obbligu jidħol fis-seħħ jekk jintlaħqu miri sportivi maqbula mill-klabbs. Apparti dis-somma hemm anki bonuses li jammontaw għal 12.5 miljun Ewro.

Matthew Scerri

Ronaldo joħodha kontra min qed ixerred għidut falz dwar il-karriera tiegħu

Permezz ta’ messaġġ fuq is-social media, Cristiano Ronaldo wera biċ-ċar li qed jingħaqu ħafna affarijiet mhix vera b’rabta mal-karriera tiegħu. Hu sostna li jinsab ikkunċentrat u qed jaħdem għall-istaġun li wasal. Madankollu mhuwiex kuntent li ismu qed ikun imsemmi għalxejn ma’ klabbs oħra.

Dan hu x’kiteb:

Anyone who knows me is aware of how focused I am on my work. Less talk and more action, this has been my guiding motto since the start of my career. However, in view of everything that’s been said and written recently, I have to set out my position.

More than the disrespect for me as a man and as a player, the frivolous way that my future is covered in the media is disrespectful to all the clubs involved in these rumours, as well as to their players and staff.

My story at Real Madrid has been written. It’s been recorded. In words and numbers, in trophies and titles, in records and in headlines. It’s in the Museum at the Bernabeu Stadium and it’s also in the minds of every fan of the club. And beyond what I achieved, I remember that in those nine years I had a relationship of deep affection and respect for “merengue afición”, an affection and respect that I retain to this day, and that I will always cherish. I know that the true Real Madrid fans will continue to have me in their hearts, and I will have them in mine.

As well as this most recent episode in Spain, there have been frequent news and stories associating me with a number of clubs in many different Leagues, with nobody ever being concerned about trying to find out the actual truth.

I’m breaking my silence now to say that I can’t allow people to keep playing around with my name. I remain focused on my career and in my work, committed and prepared for all the challenges that I have to face. Everything else? Everything else is just talk.😉

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (18 ta’ Awwissu 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-18 ta’ Awwissu 2021.

Locatelli. Intlaħaq ftehim bejn Juventus u Sassuolo

Qed ikun irrapurtat li Sassuolo aċċettaw l-offerta ta’ Juventus għal Locatelli. Il-plejer se jkun misluf għal sentejn lil Juventus, bilgBianconeri mbagħad ikollhom l-obbligu li jixtruh għal kollox. Il-valur kumplessi se jkun ta’ 35 miljun flimkien ma’ bonuses. X’aktarx għada stess Locatelli se jkun Turin għat-testijiet mediċi.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (17 ta’ Awwissu 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-17 ta’ Awwissu 2021.

Riflessjonijiet wara Juventus vs Atalanta

Nibda billi nitkellem fuq il-fatt li tifraħ tara partitarji jassistu għal loghba ġo stadium.  Kienet wisq ta’ dwejjaq tara logħba minghajr partitarji jaraw logħba futbol.  Mela dak diġa’ fattur verament posittiv fil-partita ta’ ħbiberija tal-bieraħ.  Ngħaddu ftit għall-aspett tekniku u tal-iskwadra in ġenerali.  Ħadt gost ħafna nara it-trio Ronaldo-Chiesa-Dybala jikkombina b’mod effettiv fl-ewwel goal.  Ma nistgħux ma nitkellmux ukoll dwar il-goal minn xutt stupend ta’ Federico Bernardeschi.  Wieħed jawgura sinċerament li hu l-bidu ġdid ta’ player li jidher ċar li għadda minn perjodu kemmxejn diffiċli.  Ħadt gost ħafna għal Bernardeschi li dejjem wera qalb u għandu karattru li jidher sabiħ u disponibbli.  Jekk nassistu verament għal stagun entużjażmanti tal-player ben venga li jiġi – jibbenifika hu personali u nibbenifikaw aħna wkoll bħala partitarji Juventini.  It-tielet goal tagħna fejn Kulusevski seta’ anke kellu l-option li jiffinaliżża l-azzjoni hu pprefera jqassmu u sewwa għamel lil Morata għax ħaseb li seta’ jiffinaliżża aħjar.  Kollha affarijet li jsaħħu l-ispirtu ta’ skwadra.

Ngħaddu ghall-aspett ta’ suq tal-players li forsi qed tqajjem ftit preokkupazzjoni fost il-partitarji Juventini.  Dwar l-istorja ta’ Locatelli kulħadd jaf bħalissa li spiċċat ftit ta’ sitwazzjoni mwaħħla kemm minħabba l-istat prekarju finanzjarju tal-klabb li biex iżomm il-plejers qed ikollu jgħodd kull sold li għandu biex jirnexxielu jżomm il-plejers kruċjali tal-iskwadra.  Ġest żgur apprezzat mid-diriġenza fuq hekk.  Wieħed jawgura pero’ li minkejja dawn il-problemi li jakkwistaw plejer b’mod aġevoli – nagħtu iktar fiduċja lil plejers promettenti tal-iskwadra speċjalment dawk emerġenti bħal Ranocchia u Fagioli li qed juru li jistgħu jpattu għan-nuqqas li isehh l-akkwist probabilment mitluf ta’ Locatelli.

Insellmilkom

Massimo Grioli

Filmat: L-aqwa siltiet ta’ Juventus-Atalanta

https://www.youtube.com/watch?v=QO3jJ3svyjY