Bħal-lum fil-passat (7 ta’ Ġunju)
Bħal-lum fl-1995 Juventus kienu impenjati fil-Finali tal-Coppa Italia. Il-Bianconeri kienu rebħu 1-0 b’gowl ta’ Porrini. Fil-filmat t’hawn taħt tistgħu ssibu l-aqwa siltiet ta’ dik il-partita.
Bħal-lum fl-1995 Juventus kienu impenjati fil-Finali tal-Coppa Italia. Il-Bianconeri kienu rebħu 1-0 b’gowl ta’ Porrini. Fil-filmat t’hawn taħt tistgħu ssibu l-aqwa siltiet ta’ dik il-partita.
“Ma kelli ebda kuntatt la mal-klabb tiegħi u lanqas ma’ klabbs oħra. M’hemm ebda argument marbut mat-tluq tiegħi. M’iniex il-persuna responsabbli mit-trasferimenti tal-plejers għal Juventus.” Hekk wieġeb Szczesny għad-domandi dwar il-futur tiegħu. Risposta xi ftit diplomatika u fl-istess ħin b’ton kemxejn ta’ fastidju għall-ħafna aħbarijiet li jirrigwardawh.
Matthew Scerri
Qed jissemma li Genoa jinsabu f’taħdidiet ma’ Juventus biex jiksbu b’self lil Radu Dragusin.Id-difensur Rumen se jkun misluf minn Juventus biex jilgħab b’mod regolari u jikseb aktar esperjenza.
Matthew Scerri
Juventus għadhom interessati ferm li jiksbu lil Emil Audero. Kif nafu Juventus qed jippruvaw ibigħu lil Szczesny biex jiffirmaw lil Donnarumma. Peress li anki Buffon telaq, Juventus jeħtieġu gowler reserve u qed jikkunsidraw li jixtru lil Audero.
Matthew Scerri
Massimiliano Allegri ċaħad b’mod sħiħ l-aħbar li ħarġet illum li hu jista’ jkun involut f’attivitajiet illegali u f’ħasil ta’ flus. Skont din l-aħbar, Allegri lagħab iktar minn 350,000 Ewro f’żewġ casinos barranin. Barra minn hekk Allegri għamel pagamenti lil kumpaniji barra l-Italja, fosthom kumpanija Maltija li tinsab taħt investigazzjoni għal imħatri illegali u frodi. Jirriżulta li bejn Lulju 2018 u Awwissu tal-2019, Allegri kien nefaq iktar minn nofs miljun f’pagamenti li saru bil-credit card tiegħu, liema somma jaf kienet ġejja mir-rebħiet tiegħu minn imħatri klandestini. Allegri, kif għidna, ċaħad b’mod sħiħ din l-aħbar u sostna li hu m’għandux x’jaqsam ma’ ebda attività illegali.
Matthew Scerri
Fil-laqgħa li Allegri kellu ma’ Cherubini ftit tal-jiem ilu, jidher li l-prijorità bħalissa hi li jinxtara attakkant. Hemm inċertezza sħiħa dwar jekk Ronaldo huwiex se jibqa’ ma’ Juventus. Jibqa’ jew ma jibqax, xorta waħda Juventus se jkunu qed jixtru attakkant tal-kaxxa. L-ismijiet li qed isiru huma dawk ta’ Vlahovic ta’ Fiorentina u Maurizio Icardi ta’ PSG. Vlahovic għandu valur ta’ bejn 50 u 60 miljun Ewro. Icardi, mill-banda l-oħra, ilu snin imsemmi ma’ Juventus. Did-darba jista’ jkun li hu verament jingħaqad ma’ Juventus bi tpartit proprju ma’ Ronaldo.
Matthew Scerri
Is-sitt klabbs Ingliżi li ffirmaw il-kuntratt tas-Super League se jkunu qed jibagħtu ittra lill-klabbs l-oħra sabiex f’temp ta’ erba’ ġimgħat tissejjaħ laqgħa li matulha tittieħed id-deċiżjoni li l-kumpanija li huma waqqfu ma tibqax teżisti. S’issa, fil-fatt, il-kumpanija għadha teżisti u hemm rapporti li fil-verità ħadd ma ħareġ mis-Super League minħabba l-penali li jridu jitħallsu. Li kellna s’issa hu biss li disa’ klabbs iddikjaraw li mhux se jikkompetu fis-Super League, biss il-kumpanija għadha teżisti. Jekk sa erba’ ġimgħat oħra l-kumpanija ma tkunx formalment xolta, allura hu probabbli li jinfteħu kawżi legali bis-sitt klabbs tal-Premier League jippruvaw jisfurzaw id il-klabbs l-oħra.
Matthew Scerri
El Confidencial żvelat li t-Tribunal ta’ Madrid ordna lill-Uefa u lill-Fifa li ma jittieħdu ebda passi dixxiplinari fil-konfront ta’ Juventus, Real Madrid u Barcellona b’rabta mas-Super League. Bħalissa l-kwistjoni waslet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea u qabel ikollna sentenza definittiva (se jgħaddu bosta snin) ma jistgħu jittieħdu ebda passi dixxiplinari.
Matthew Scerri
Mistoqsi jagħti kumment dwar il-futur tiegħu, Robin Gosens sostna li bħalissa jinsab moħħu biss fuq l-impenji mat-tim nazzjonali Ġermaniż. Kicker qed jirrapurtaw li Gosens iddikjara li għalissa ma jrid jaf xejn dwar is-suq tat-trasferimenti.
Matthew Scerri