Bħal-lum fil-passat (27 ta’ Mejju)

Bħal-lum fl-2017 kien intemm il-kampjonat tas-Serie A. Dakinhar Juventus kienu lagħbu kontra Bologna  u rebħu 1-2. Ta’ min jgħid li Moise Kean kien skurja l-ewwel gowl tiegħu għal Juventus.

Inċertezza sħiħa dwar il-kowċis tat-timijiet tas-Serie A

Dis-sena se jkun hemm taqlib kbir fis-Serie A. Il-klabbs il-kbar se jkunu qed jibdlu l-kowċ. L-uniku wieħed li jidher ċert li se jżomm postu hu Pioli ta’ Milan. L-oħrajn kollha jidhru li se jkunu qed jiġu mibdula. Fl-aħħar sigħat ħarġet l-aħbar li saħansitra Conte se jkun qed jitlaq lil Inter. S’issa għad m’hemmx indikazzjonijiet min se jkun il-kowċ il-ġdid ta’ kull tim. Fiorentina biss ħabbru l-kowċ il-ġdid tagħhom: Gattuso, li ftit tal-jiem ilu deher qrib ħafna ta’ Juventus. Il-post ta’ Pirlo bħalissa jidher li se jittieħed minn Allegri jew Zidane. Dawn huma biss xnigħat u kif għidna kollox jista’ jinbidel minn mument għall-ieħor.

Matthew Scerri

Uffiċjali: Paratici se jitlaq lil Juventus

Juventus ħabbru b’mod uffiċjali li Fabio Paratici mhux se jkun iktar il-kap tat-Technical Area. Hu kien ilu jaħdem ma’ Juventus għal dawn l-aħħar ħdax-il sena u issa Juventus għażlu li ma jġeddulux il-kuntratt. Prattikament ilna nafu minn Ottubru tas-sena l-oħra li Paratici kien se jitlaq lil Juventus fi tmiem dan l-istaġun. Hu kien wieħed mill-imħuħ l-aktar importanti wara daċ-ċiklu leġġendarju, biss m’hemmx dubju li fl-aħħar sentejn wera li kien għamel żmienu u kienet meħtieġa bidla.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (26 ta’ Mejju 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-26 ta’ Mejju 2021.

Tkompli l-gwerra tal-Uefa kontra Juventus, Real Madrid u Barcellona

L-Uefa ħabbret li bdiet il-proċeduri sabiex il-Bord tad-Dixxiplina fi ħdanha jinvestiga kienx hemm skur tar-regolamenti min-naħa ta’ Juventus, Real Madrid u Barcellona b’rabta mat-twaqqif tas-Super League. Nafu li qed jissemma li t-tliet klabbs jistgħu jitħallew barra mill-kompetizzjonijiet Ewropej għal sentejn. Jekk verament il-Bord tad-Dixxiplina jasal għal din il-konklużjoni, it-tliet klabbs se jappellaw u ċertament li t-Tribunal se jkun qed iwaqqaf din id-deċiżjoni sakemm tinqata’ sentenza fil-Qorti Ewropea. Fil-fatt hemm sentenza ta’ Qorti Spanjola li torbot idejn il-Uefa hekk kif stabbiliet li l-Uefa ma tistax twaqqaf inizjattivi min-naħa tal-klabbs u rriferiet il-każ quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea. It-tliet klabbs lesti jiġġieldu lill-Uefa u qabbdu lill-Avukat Dupont (l-istess wieħed tas-sentenza Bosman u ta’ każijiet oħrajn magħrufa). L-għan finali tal-klabbs hu li l-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea twaqqaf il-monopolju tal-Uefa.

Matthew Scerri

Bħal-lum fil-passat (26 ta’ Mejju)

Il-filmat li qed inwasslulkom illum joħodna lura għas-sena 2007 meta fil-kampjonat tas-Serie B Juventus għelbu lilMantova 2-0 bil-gowls ta’ Trezguet u Nedved.

Chiellini. Daqshekk plejer ta’ Juventus?

Qed ikun irrapurtat minn diversi siti u gazzetti li Juventus mhux beħsiebhom joffru kuntratt ġdid lil Giorgio Chiellini. Il-kuntratt tiegħu jasal fi tmiemu f’Ġunju u għaldaqstant Chiellini se jkun qed iħalli lil Juventus wara diversi snin. Qed jissemma li Chiellini jista’ jmur itemm il-karriera l-Amerka, għalkemm mhux eskluż li Juventus joffrulu xogħol fi ħdan id-diriġenza.

Matthew Scerri

Milan ħadu lil Maignan. Donnarumma mistenni jitlaqhom

Mike Maignan wasal l-Italja tard ilbieraħ filgħaxija u issa se jkun qed jiffirma kuntratt mal-Milan. L-akkwist tiegħu hi indirettament konferma li Donnarumma se jkun qed jitlaq lir-Rossoneri. Ilna nafu li kien hemm differenza kbira bejn dak li kien qed jitlob Raiola għall-kuntratt il-ġdid ta’ Donnarumma u dak li kien qed joffrulu Milan. Juventus u Barcellona qed inkunu indikati bħala l-aktar destinazzjonijiet probabbli għal Donnarumma.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (25 ta’ Mejju 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-25 ta’ Mejju 2021.

Bidliet fl-amministrazzjoni Juventina? Il-Ħamis inkunu nafu!

Nhar il-Ħamis jaf tkun ġurnata deċiżiva għall-futur ta’ Juventus. Fil-fatt l-Exor se tkun qed tifli mill-qrib is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ Juventus bil-għan li jinbeda proċess għal żieda fil-kapital fi ħdan it-tim Juventin. Għalkemm l-Exor normalment ma tidħolx fl-amministrazzjoni teknika tal-klabb, jidher li jekk verament se jkun hemm bidliet fil-Presidenza u fid-diriġenza, dawn se jkunu diskussi u approvati waqt l-imsemmija laqgħa. Il-kwistjoni tal-kowċ, mill-banda l-oħra, mhux mistennija tkun fuq l-aġenda peress li l-Exor se tkun qed tiddeċiedi min għandu jmexxi lill-klabb u wara tħalli f’idejn dal-persuni biex jagħżlu l-kowċ u l-plejers għas-sena d-dieħla.

Matthew Scerri