Żvelat il-flokk ‘away’ ta’ Juventus
Illum ġie żvelat it-tieni flokk ta’ Juventus għall-istaġun 2021/22. Il-flokk ‘away’ hu iswed b’daqqiet chrome u bit-tliet strixxi tal-Adidas ta’ kulur oranġjo fuq l-ispallejn. Il-flokk ġie ddisinjat apposta b’rabta mad-dinja tal-mużika elettronika li minn Turin inxterdet mad-dinja kollha.
Matthew Scerri
Locatelli-Juventus. Il-punt s’issa
It-taħdidiet bejn Juventus u Sassuolo dwar Manuel Locatelli għadhom għaddejjin. Il-partijiet għadhom ma sabux ftehim bejniethom biss ħafna qed ibassru li dat-trasferiment se jsir anki għax Locatelli jinsab deċiż li jilgħab għal Juventus fl-istaġun li jmiss. S’issa nafu li Juventus ressqu offerta għal self ta’ sena mħallas 5 miljuni, bid-dritt li jkunu jistgħu jixtruh għal kollox għas-somma ta’ 25 miljun Ewro flimkien ma’ bonuses. Sassuolo ma aċċettawx din l-offerta għax iqisuha baxxa wisq u barra minn hekk huma jridu li Juventus ikollhom l-obbligu u mhux id-dritt li jixtruh għal kollox. Il-kontroproposta tidher li hi: 8-10 miljuni għas-self tal-plejer għall-perjodu ta’ sentejn, bl-obbligu li Juventus jixtruh fl-2023 għal 35 miljun Ewro flimkien ma’ 10 miljuni oħra f’bonuses. Issa rridu naraw x’se jagħmlu Juventus. L-impressjoni hi li Juventus finalment se jaċċettaw dat-tip ta’ ftehim għax jeħtieġu lil Locatelli u barra minn hekk dal-ftehim jagħtihom l-opportunità li jqassmu l-ħlas fuq perjodu ta’ madwar ħames snin, ħaġa li teknikament taqblilhom sabiex ma jidhirx piż qawwi fuq l-accounts tal-klabb fis-sentejn li ġejjin meta l-effetti tal-pandemija se jkunu qed jinħassu sew.
Matthew Scerri
Injury muskolari ħafif għal Dybala
Fil-jiem li ġejjin Dybala u Da Graca se jkunu qed isegwu programm personalizzat ta’ taħriġ wara li sofrew injury muskolari ħafif. Xejn gravi, suppost, biss jeħtieġu training apposta sabiex ikunu jistgħu jirkupraw mija fil-mija.
Matthew Scerri
Perin mistenni jkun il-Viċi ta’ Szczesny
Mattia Perin mistenni jibqa’ ma’ Juventus. Skont La Gazzetta dello Sport Perin se jkun il-Viċi ta’ Szczesny f’dan l-istaġun. Il-koppja Szczesny-Perin hi l-istess wahda tal-aħħar sena ta’ Allegri ma’ Juventus.
Matthew Scerri










