L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (11 ta’ Frar 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-11 ta’ Frar 2021.

Juventus qrib li jiksbu lil Balogun

Allegatament Juventus jinsabu qrib li jiffinalizzaw akkwist fl-attakk. Don Balon, fil-fatt qed jirrapurtaw li Juventus resqin lejn ftehim għal Folarin Balogun, attakkant Amerikan (b’ċittadinanza Ingliża) ta’ 19-il sena li hu l-captain tal-Under 23 tal-Arsenal. Fuqu hemm interess qawwi anki min-naħa ta’ Manchester United u Leipzig, biss jidher li Juventus huma qrib ħafna l-akkwist tiegħu.

Matthew Scerri

Botta u risposta bejn Agnelli u Conte

Juventus-Inter hi l-partita li se nibqgħu niftakru għall-firda definittiva bejn Antonio Conte u Juventus. Fl-intervall bejn l-Ewwel u t-Tieni Taqsima hu deher juri s-seba’ tan-nofs fid-direzzjoni tat-Tribuna fejn kien hemm Andrea Agnelli u l-ogħla uffiċċjali ta’ Juventus. Ġest ikrah u mhux xieraq fil-konfront ta’ min għamel ħafna ma’ Conte. Hu veru li Conte tana ħafna bħala kowċ, biss hu veru wkoll li Conte sar dak li hu llum grazzi għall-fiduċja ta’ Agnelli u Juventus. Fi tmiem il-partita Andrea Agnelli ma qagħadx lura milli jwieġeb lura lil Conte. Fil-fatt hu deher nieżel it-taraġ u jgħajjat insult lejn fejn kien jinsab Conte. Żgur li ma konna nistennew qatt imġiba ta’ dat-tip minn Conte u Agnelli, biss hu evidenti li l-firda llum hi tant kbira li qed twassal għal komportament ta’ dat-tip.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (10 ta’ Frar 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-10 ta’ Frar 2021.

Filmat: Kliem Pirlo fi tmiem Juventus-Inter

https://www.youtube.com/watch?v=dS1mGtQcRys

Juventus-Inter 0-0

JUVENTUS-INTER 0-0

Juventus: Buffon; Danilo, Demiral, de Ligt, Alex Sandro; Cuadrado (Chiellini), Bentancur, Rabiot, Bernardeschi (McKennie); Kulusevski (Chiesa), Ronaldo. Kowċ: Pirlo.

Inter: Handanovic; Skriniar, De Vrij, Bastoni (Kolarov); Hakimi, Barella, Brozovic, Eriksen (Sensi), Darmian (Perisic); Lukaku, Martinez. Kowċ: Conte.

Referee: Mariani

Karti sofor: Darmian (I), Alex Sandro (J), Perisic (I), Brozovic (I).

Matthew Scerri

Uffiċjali: Kif se jibdew Juventus u Inter

Juventus (4-4-1-1): 77 Buffon; 13 Danilo, 28 Demiral, 4 De Ligt, 12 Alex Sandro; 16 Cuadrado, 30 Bentancur, 25 Rabiot, 33 Bernardeschi; 44 Kulusevski; 7 C. Ronaldo.

Inter (3-5-2): 1 Handanovic; 37 Skriniar, 6 de Vrij, 95 Bastoni; 2 Hakimi, 23 Barella, 77 Brozovic, 24 Eriksen, 36 Darmian; 9 Lukaku, 10 Lautaro.