L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (15 ta’ Frar 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-15 ta’ Frar 2021.

Bħal-lum fil-passat (15 ta’ Frar)

Illum għandna għalikom partita ta’ 23 sena ilu. ‘Gobbo Maltese’ qed iwasslilna partita bejn Juventus u Sampdoria li ntlagħbet fil-15 ta’ Frar 1998.

Cuadrado se jitlef Porto-Juventus minħabba injury

Juan Cuadrado probabbilment se jkollu jitlef il-partita kontra Porto. L-injury muskolari li sofra fl-Ewwel Taqsima ta’ Napoli-Juventus x’aktarx se jżommu ‘l bogħod għal xi żmien mill-pitch tal-futbol. Għada se jsirulu t-testijiet fil-JMedical biex it-tobba ta’ Juventus jifhmu x’inhi l-entità tal-injury u jistabilixxu kemm se jdum barra.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (14 ta’ Frar 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-14 ta’ Frar 2021.

Napoli-Juventus bir-ritratti

Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Napoli-Juventus. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus. 

Sors: Juventus.com

Anniversarju: 12/2/1990 Vittorio Caisotti di Chiusano jinħatar President ta’ Juventus

Fit-12 ta’ Frar 1990, Vittorio Caisotti di Chiusano nħatar President ta’ Juventus. Hu kien it-23 President fl-istorja ta’ Juventus. għal snin twal hu serva ta’ avukat tal-FIAT u proprju għall-kapaċitajiet tiegħu li l-familja Agnelli għażlitu biex ikun President ta’ Juventus. Hu żamm din il-kariga sal-mewt tiegħu li seħħet fil-31 ta’ Lulju 2003. Taħt it-tmettixa tiegħu Juventus rebħu 16-il trofew fl-Italja u fuq skala internazzjonali.

Matthew Scerri

Kif x’aktarx se jilagħbu Napoli u Juventus

Napoli (4-3-3): Ospina; Di Lorenzo, Maksimovic, Brahmani, Mario Rui; Bakayoko, Elmas, Zielinski; Lozano, Osimhen, Insigne.

Juventus (4-4-2): Szczesny; Danilo, De Ligt, Chielllini, Alex Sandro; McKennie, Bentancur, Rabiot, Chiesa; Morata, Ronaldo.

Sors: Sky

Ir-referees tal-partiti tat-22 Ġurnata tas-Serie A

Il-Ġimgħa 12 ta’ Frar 2021, 8.45 p.m.

Bologna-Benevento: Ghersini

Is-Sibt 13 ta’ Frar 2021, 3.00 p.m.

Torino-Genoa: Pasqua

Is-Sibt 13 ta’ Frar 2021, 6.00 p.m.

Napoli-Juventus: Doveri

Is-Sibt 13 ta’ Frar 2021, 8.45 p.m.

Spezia-Milan: Chiffi

Il-Ħadd 14 ta’ Frar 2021, 12.30 p.m.

Roma-Udinese: Giacomelli

Il-Ħadd 14 ta’ Frar 2021, 3.00 p.m.

Sampdoria-Fiorentina: Maresca

Cagliari-Atalanta: Piccinini

Il-Ħadd 14 ta’ Frar 2021, 6.00 p.m.

Crotone-Sassuolo: Pezzuto

Il-Ħadd 14 ta’ Frar 2021, 8.45 p.m.

Inter-Lazio: Fabbri

It-Tnejn 15 ta’ Frar 2021, 8.45 p.m.

Verona-Parma: Massimi

Matthew Scerri

Juventus-Atalanta hi l-Finali tal-Coppa Italia

Atalanta se jkunu l-avversarji ta’ Juventus fil-Finali tal-Coppa Italia 2021. Din se tkun l-ewwel darba li Juventus se jilagħbu kontra Atalanta fil-Finali tal-Coppa Italia. Id-data tal-Finali hi d-19 ta’ Mejju u bħalma ġara fl-aħħar snin il-partita se tintlagħab fl-Istadio Olimpico ta’ Ruma.

Matthew Scerri