Ħafna spekulazzjonijiet dwar il-futur ta’ Ronaldo

Fl-aħħar jumejn kien hemm spekulazzjonijiet kbar li Ronaldo se jkun qed jitlaq lil Juventus fi tmiem il-istaġun. Issemmew ħafna PSG, imma hemm l-għidut li Real Madrid iriduh lura wkoll. Il-gazzetti qed isemmu l-prezz li Juventus se jkunu qed jitolbu għalih. L-istess gazzetti qed jirrapurtaw li Juventus se jkunu qed ibigħu lil Ronaldo minħabba l-kriżi finanzjarja. Kif għidna dawn huma biss spekulazzjonijiet. Minn dak li nafu aħna, Juventus kienu f’taħdidiet ma’ Ronaldo ftit tal-ġimgħat ilu biex iġeddulu l-kuntratt. Ronaldo għadu plejer ta’ klassi kbira u forsi ħafna qed jinsew li hu t-topscorer tas-Serie A. Min qed jarmi lil Ronaldo bħalissa, nemmnu li qed jinsa li l-veri problemi tat-tim Juventin huma oħrajn, żgur mhux Ronaldo.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (12 ta’ Marzu 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-12 ta’ Marzu 2021.

Avviż mis-segretarjat

Is-segretarjat jixtieq javża lill-membri li minħabba r-restrizzjonijiet mħabbra il-bieraħ l-uffiċċju tal-Club ser jinżamm magħluq sa ma jerġgħu jinħarġu istruzzjonijiet oħra. Min irid iħallas il-membership jista’ jagħmel dan min fuq il-website http://juventusclubmalta.com

Grazzi

Ir-referees tal-partiti tas-27 Ġurnata tas-Serie A

Il-Ġimgħa 12 ta’ Marzu 2021, 3.00 p.m.

Lazio-Crotone: Rapuano

Il-Ġimgħa 12 ta’ Marzu 2021, 8.45 p.m.

Atalanta-Spezia: Marini

Is-Sibt 13 ta’ Marzu 2021, 3.00 p.m.

Sassuolo-Verona: Prontera

Is-Sibt 13 ta’ Marzu 2021, 6.00 p.m.

Benevento-Fiorentina: Giacomelli

Is-Sibt 13 ta’ Marzu 2021, 8.45 p.m.

Genoa-Udinese: Camplone

Il-Ħadd 14 ta’ Marzu 2021, 12.30 p.m.

Bologna-Sampdoria: Irrati

Il-Ħadd 14 ta’ Marzu 2021, 3.00 p.m.

Parma-Roma: Piccinini

Torino-Inter: Valeri

Il-Ħadd 14 ta’ Marzu 2021, 6.00 p.m.

Cagliari-Juventus: Calvarese

Il-Ħadd 14 ta’ Marzu 2021, 8.45 p.m.

Milan-Napoli: Pasqua

Matthew Scerri

Demiral barra għal tliet ġimgħat

Demiral sofra injury muskolari ieħor u se jkollu jibqa’ barra mill-azzjoni madwar tliet ġimgħat. L-entità tal-injury mhix waħda gravi, biss jeħtieġ il-mistrieħ u mhux se nkunu nistgħu narawh fl-azzjoni qabel 20 jum ieħor.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (11 ta’ Marzu 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-11 ta’ Marzu 2021.

Beda jberraq għal Pirlo

Kif inhu inevitabbli f’każijiet bħal dawn, il-kowċ hu l-ewwel wieħed li jħallas għar-riżultati deludenti tat-tim. Pirlo s’issa dejjem wera kunfidenza kbira kull darba li saqsewh jekk kienx iħossu f’periklu li jitlef postu. Fi kliemu l-proġett tiegħu hu mifrux fuq numru ta’ snin. Kliem li fl-aħħar sentejn smajna lil Allegri u lil Sarri jgħidu kemm-il darba. Nafu imma kif marru l-affarijiet ma’ Allegri u Sarri. Il-gazzetti mhumiex jemmnu li Pirlo se jibqa’ kowċ ta’ Juventus. Qed isiru ħafna ismijiet, uħud minnhom ilhom jissemmew diversi snin (Inzaghi, pereżempju). Diversi gazzetti qed jaqblu li Agnelli jrid lil Zidane bħala kowċ tat-tim Juventin. Hemm anki min qed jikteb li jista’ jkun hemm ritorn ta’ Max Allegri, imma dan jidher pjuttost improbabbli f’dan l-istadju. Iż-żmien jgħidilna. Li hu ċert hu li Pirlo fadallu xahrejn biex juri x’jaf verament.

Matthew Scerri

Buffon u Chiellini se jirtiraw?

Skont La Gazzetta dello Sport Buffon u Chiellini qed jikkunsidraw li jirtiraw fi tmiem dan l-istaġun. Chiellini spiss ikun imweġġa’ u jidher li fehem li għamlu żmienu. Buffon, mill-banda l-oħra, ma tantx jidher li jixtieq jirtira biss għall-ġid ta’ Juventus lest jikkunsidra li jżarma hu wkoll.

Matthew Scerri

Juventus-Porto bir-ritratti

Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Juventus-Porto. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus. 

Sors: Juventus.com

Filmat: L-aqwa siltiet ta’ Juventus-Porto

https://www.youtube.com/watch?v=jqr-JBBBvtc