Miftuħa l-Kampanja Tesseramenti 2021/22
KAMPANJA TESSERAMENTI MIFTUĦA ![]()
![]()
IFFORMA PARTI MILL-AKBAR JUVENTUS CLUB ![]()
![]()
Dar għas-supporters Juventini kollha li hi ta min iżurha u jkun parti minnha. Club b’46 sena ta’ storja. Żortna diġà? X’qed tistenna biex issir membru ta’ wieħed mill-akbar u mill-eqdem Juventus Clubs fid-dinja?
Tistgħu tinkitbu online permezz tal-website fuq http://juventusclubmalta.com/membership/subscribe-online permezz ta’ Paypal, Revolut jew ċekk kif ukoll minn l-uffiċċju tal-Club kull nhar ta’ Tlieta u Ħamis bejn 6.30pm u 8pm,
Kulusevski hu l-Aqwa Plejer tal-Finali tal-Coppa Italia
Dejan Kulusevski ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-Finali tal-Coppa Italia bejn Juventus u Atalanta. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 48% tal-voti, segwit minn Cuadrado b’18% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem!
Matthew Scerri
Ir-referees tal-partiti tat-38 Ġurnata tas-Serie A
Is-Sibt 22 ta’ Mejju 2021, 8.45 p.m.
Cagliari–Genoa: Meraviglia
Crotone–Fiorentina: Abbattista
Sampdoria–Parma: Paterna
Il-Ħadd 23 ta’ Mejju 2021, 3.00 p.m.
Inter–Udinese: Volpi
Il-Ħadd 23 ta’ Mejju 2021, 8.45 p.m.
Atalanta–Milan: Mariani
Bologna–Juventus: Valeri
Napoli–Verona: Chiffi
Sassuolo–Lazio: Prontera
Spezia–Roma: Pezzuto
Torino–Benevento: Di Bello
Matthew Scerri
Bħal-lum fil-passat (20 ta’ Mejju)
Fl-20 ta’ Mejju 2015 Juventus rebħu l-Coppa Italia għall-għaxar darba fl-istorja tagħhom. Dakinhar huma għelbu lil Lazio fil-Finali bl-iskor ta’ 2-1. Radu kien poġġa lil Lazio fi-vantaġġ wara biss erba’ minuti u seba’ minuti wara Chiellini kiseb id-draw għal Juventus. Sad-disgħin minuta l-iskor baqa’ wieħed ta’ draw u allura t-timijiet marru għall-ħin supplementari. Il-partita ġiet deċiża minn Matri.








