Gravina: “Ottimist li se tinstab soluzzjoni”
Fl-aħħar tliet ijiem kellna numru ta’ dikjarazzjonijiet min-naħa tal-President tal-FIGC, Gravina, liema dikjarazzjonijiet xi ftit jew wisq mhux dejjem jaqblu ma’ xulxin. Hu l-ewwel stqarr li jrid ikun medjatur fis-sitwazzjoni ta’ tensjoni bejn Juventus u l-Uefa minħabba s-Super League. Imbagħad, ftit sigħat wara, l-istess Gravina hedded lil Juventus li ma jitħallux jilagħbu fis-Serie A jekk ma jitilqux mis-Super League. Issa lbieraħ, Gravina reġa’ tkellem dwar dis-sitwazzjoni. Hu qal li tkellem ma’ Agnelli u, filwaqt li tenna li r-regoli huma regoli u li hu ma jista’ jħares lejn wiċċ ħadd, fl-istess ħin però sostna li jinsab ottimist li tista’ tinstab soluzzjoni għall-ġid ta’ kulħadd.
Matthew Scerri
Bħal-lum fil-passat (12 ta’ Mejju)
Il-filmat li qed inwasslulkom illum joħodna lura eżattament erbatax-il sena. Il-partita kienet Juventus-Bologna. Skor finali 3-1.
Buffon: “Tajt kollox. Irċevejt iktar minn hekk”
Dan li ġej hu messaġġ li Buffon kiteb fil-profili tiegħu fuq is-social media biex iħabbar li se jitlaq lil Juventus.
Ogni inizio ha anche una fine. E questa è la fine del mio secondo tempo alla Juve. Una decisione presa, maturata e comunicata già da mesi.Ma non una decisione facile. Perché non è facile tagliare questo cordone, qua dove c’è la mia storia, la mia gioia, le mie lacrime, la mia casa.Ma so che quel momento è arrivato. Non esiste un grazie grande abbastanza.Ho dato tutto.Ho ricevuto di più.Il tempo che verrà è tutto da scrivere. E da vivere. Sempre, fino alla fine.
Buffon iħabbar li se jitlaq lil Juventus
Gigi Buffon ħabbar li se jitlaq lil Juventus fi tmiem l-istaġun. “Naħseb li tajt kollox lil Juventus. U rċevejt lura dak kollu li kien possibbli u iktar minn hekk ma nistgħux nagħmlu. Wasalna fi tmiem ta’ ċiklu u hu xieraq li nwarrab,” qal Buffon. Dwar il-futur tiegħu, Buffon sostna li hu se jieqaf sakemm ma jsibx tim ieħor li jagħtih stimoli ġodda u li jkun jista’ jissarraf f’esperjenza ġdida ta’ ħajja.
Matthew Scerri
Bħal-lum fil-passat (11 ta’ Mejju)
Tmien snin ilu Juventus rebħu l-iscudetto numru 31 fl-istorja tagħhom u kien propju fl-11 ta’ Mejju 2013 li saret il-premjazzjoni lit-tim Juventin. F’dan il-video, miġjub lilkom minn ‘Gobbo Maltese’, tistgħu taraw iċ-ċerimonja tal-premjazzjoni.
De Ligt hu l-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Milan
Matthijs De Ligt ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Juventus u Milan. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 38% tal-vot, segwit minn Alex Sandro b’16%. Grazzi lil kulmin ħa sehem!
Matthew Scerri









