Rugani lejn self ma’ Torino

Daniele Rugani se jkun qed jirritorna fis-Serie A. Fis-sigħat li ġejjin hu se jkun qed jingħaqad ma’ Torino b’self għal sitt xhur. Torino għandhom diġà ftehim ma’ Juventus għal dat-trasferiment.

Matthew Scerri

Bentancur se jkun sospiż kontra Roma

Il-karta s-safra li Bentancur qala’ fil-partita kontra Sampdoria se tiswieh qares. Fil-fatt hu kien fil-lista tad-diffidati u allura awtomatikament se jkun sospiż. Bentancur se jitlef għaldaqstant il-partita kontra Roma.

Matthew Scerri

Sampdoria-Juventus 0-2

Tliet punti oħra ġewwa għal Juventus. Kontra Sampdoria kellna l-konferma tal-affarijiet it-tajba li rajna fl-aħħar tliet wirjiet: tim solidu, kompatt, li jiddefendi u jamministra l-partita b’mod intelliġenti, kif ukoll tim li kapaċi joħloq numru sew ta’ azzjonijiet ta’ gowls. Wara t-telfa kontra Inter jidher li t-tim għamel dik il-qabża ta’ kwalità u l-inkonsistenza u l-ħafna esperimenti tal-ewwel nofs tal-istaġun ma kinux qed jippermettu. Ninsabu fit-triq it-tajba, insomma. Issa naraw kemm dal-progress jista’ verament iwassal lil Juventus għar-rebħ tal-10 kampjonat konsekuttiv.

SAMPDORIA-JUVENTUS 0-2

Skurjaw: Chiesa (J), Ramsey (J)

Sampdoria (4-4-2): Audero; Bereszynski, Yoshida, Colley, Augello; Candreva (Jankto), Thorsby, Ekdal, Adrien Silva (Damsgaard); Keita (Torregrossa), Quagliarella (Ramirez). Kowċ: Ranieri.

Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, Chiellini, Bonucci, Danilo; McKennie, Bentancur (Rabiot), Arthur (Ramsey), Chiesa (Alex Sandro); Morata (Bernardeschi), Cristiano Ronaldo. Kowċ: Pirlo.

Referee: Fabbri.

Karti sofor: Ekdal (S), Thorsby (S), Bentancur (J), Jankto (S), Damsgaard (S), Bernardeschi (J).

Matthew Scerri

Paratici jgħid tiegħu dwar il-mercato Juventin

Qabel Sampdoria-Juventus, Fabio Paratici tenna li Juventus m’għandhom ebda ħtieġa li jixtru plejers f’Jannar, għalkemm jekk tinqala’ opportunità tajba, il-Bianconeri mhux se joqogħdu lura. Paratici żied li Kulusevski wera li jista’ jilgħab quddiem, filwaqt li 7-10 ijiem oħra Dybala wkoll se jkun għad-dispożizzjoni ta’ Pirlo.

Matthew Scerri

Serqa mid-dar ta’ McKennie

Nhar l-Erbgħa, waqt li Juventus kienu qed jilagħbu kontra Spal, xi ħallelin daħlu fid-dar ta’ McKennie u serqulu ħwejjeġ tad-ditta, żraben sportivi u xi apparat teknoloġiku. Il-pulizija qed tinvestiga dwar dal-każ.

Matthew Scerri

Uffiċjali: Kif se jibdew Sampdoria u Juventus

Sampdoria (4-4-2): Audero; Bereszynski, Yoshida, Colley, Augello; Candreva, Thorsby, Ekdal, Adrien Silva; Keita, Quagliarella. 

Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, Chiellini, Bonucci, Danilo; McKennie, Bentancur, Arthur, Chiesa; Morata, Cristiano Ronaldo. 

Khedira. Xejn ġdid!

Jannar wasal biex jispiċċa u Sami Khedira għadu ma’ Juventus. Minkejja l-ħafna paroli tiegħu, Khedira għadu ma sabx tim. Diversi siti u gazzetti qed jirrapurtaw li hu probabbli bejn llum u nhar it-Tnejn Khedira jilħaq ftehim ma’ Juventus sabiex ikun itterminat il-kuntratt tiegħu u hekk ikun jista’ jsib klabb ġdid matul ix-xahar ta’ Frar wara li jkun intemm is-suq tat-trasferimenti. Ovvjament jekk ikun għadu marbut b’kuntratt ma’ Juventus, fi Frar ma jkunx jista’ jibda esperjenza ġdida ma’ tim ieħor.

Matthew Scerri

Piccoli se jibqa’ ma’ Spezia

Skont Calciomercato.com Roberto Piccoli mhux se jkun qed jingħaqad ma’ Juventus f’Jannar. Atalanta ma jridux li l-attakkant jitlaq lil Spezia (fejn qed jilgħab b’self) biex jissieħed ma’ tim ieħor. Barra minn hekk il-plejer bħalissa jinsab barra mill-azzjoni b’injury u kif nafu, Juventus qed ifittxu attakkant li jkun jista’ jilgħab minnufih.

Matthew Scerri

Zirkzee u Piccoli msemmija ma’ Juventus

Sky qed jirrapurtaw li finalment ir-raba’ attakkant ta’ Juventus jista’ jkun xi talent żagħżugħ. L-ismijiet li qed isiru huma dawk ta’ Joshua Zirkzee ta’ Bayern Munich u Roberto Piccoli li attwalment jinsab b’self ma’ Spezia. Wieħed minn dawn it-tnejn jista’ jingħaqad ma’ Juventus jekk il-kundizzjonijiet għat-trasferiment ta’ Scamacca dawk li huma bħalissa.

Matthew Scerri