Alex Sandro fieq!

Alex Sandro wkoll fieq mill-Covid-19. Hu ttestja darbtejn negattiv għall-iswab tests li sarulu u skont il-protokoll tal-FIG jista’ jirritorna għall-azzjoni immedjatament. B’hekk fiequ t-tliet iplejers li kellhom il-Covid fl-aħħar ġimgħat. L-aħbar tal-fejqan ta’ Alex Sandro waslet proprju fil-jum li fih jagħlaq sninu.

Matthew Scerri

Telf ta’ 2 biljuni għall-klabbs tal-futbol

Ġiet ippubblikat id-“Deloitte Football Money League”, ir-rapport ta’ analiżi finanzjarja tal-klabbs tal-futbol. Il-klabb li kellu l-akbar dħul fl-2019/20 kien dak ta’ Barcellona: 715 miljun Ewro. Juventus jinsabu fl-10 post tal-klassifika tad-dħul tal-klabbs b’somma ta’ 397.9 miljun Ewro. B’mod ġenerali l-klabbs kollha kellhom tnaqqis drastiku fid-dħul tagħhom, prinċipalment minħabba li naqsu t-tv rights u fl-istess ħin kellhom jgħaddu għal bosta xhur mingħajr gate money tal-grawnd. Deloitte stmat li t-telf mid-dħul għall-aqwa għoxrin klabb tal-Ewropa kien jammonta għal 1.1 biljun Ewro. Hu stmat li jekk wieħed jikkalkula anki dawn ix-xhur li ninsabu fihom, it-telf għall-klabbs se jaqbeż iż-żewġ biljun Ewro. Dan kollu f’xenarju tassew inċert fejn ħadd m’għandu idea meta l-affarijiet se jmorru lura għan-normal.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (26 ta’ Jannar 2021)

 Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-26 ta’ Jannar 2021.

McKennie hu l-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Bologna

Weston McKennie ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Juventus u Bologna. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 53% tal-voti, segwit minn Arthur b’15% tal-voti, filwaqt li fit-tielet post insibu lil Szczesny b’13% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem!

Matthew Scerri

Qrib bdil ta’ plejers bejn Juventus u O.Marseille

Juventus u O.Marseille jinsabu qrib ferm li jilħqu ftehim għal bdil ta’ plejers. Il-Bianconeri se jiksbu lil Marley Ake, winger ta’ 19-il sena. O. Marseille se jkunu qed jiksbu mingħand Juventus lil Franco Tongya li għandu kuntratt mal-Bianconeri li jiskadi daqt.

Matthew Scerri

Atalanta se jixtru lil Romero għal kollox

Fabio Paratici kellu raġun: Cristian Romero hu difensur ta’ kwalità u ma’ Atalanta qed juri t-talent kollu tiegħu. Tant sejjer tajjeb li m’hemmx dubju li Atalanta se jixtruh għal kollox mingħand Juventus. Il-prezz maqbul hu ta’ 16-il miljun Ewro, liema somma tista’ titla’ għal 18-il miljun jekk Atalanta jikkwalifikaw għaċ-Champions League.

Matthew Scerri

Pezzuto se jmexxi Juventus-Spal tal-Coppa Italia

Ir-referee tal-partita tal-Kwarti Finali tal-Coppa Italia bejn Juventus u Spal se jkun Pezzuto. Infakkru li l-partita se tintlagħab nhar l-Erbgħa 27 ta’ Jannar 2021 fid-8.45 p.m.

Matthew Scerri

Ivvota: Min taħseb li se jirbaħ il-kampjonat?

Id-domanda li qed nagħmlu fl-istħarriġ tal-lum hi: Min taħseb li se jirbaħ is-Serie A? Segwi dil-ħolqa biex tħalli l-vot tiegħek:

https://app.ex.co/stories/juventusclubdocv10/ivvota-min-ta-seb-li-se-jirba-il-kampjonat-

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (25 ta’ Jannar 2021)

 Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-25 ta’ Jannar 2021.