L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (27 ta’ Marzu 2021)
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-27 ta’ Marzu 2021.



Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-27 ta’ Marzu 2021.
Giorgio Chiellini, Domenico Berardi u Francesco Caputo mhux se jingħaqdu mal-bqija ta’ sħabhom tat-tim nazzjonali Taljan għall-partita t’għada kontra l-Bulgarija. Huma nbagħtu lura mal-klabbs rispettivi tagħhom. Berardi u Caputo ma jinsabux f’sikkithom u ma jistgħux jilagħbu. Chiellini jidher li m’għandu ebda injury, biss intbagħat lura bi qbil miegħu peress li ma jiflaħx għal ħafna impenji f’xulxin.
Matthew Scerri
Il-Bord tad-Dixxpilina tat-Tribunal tal-Federazzjoni Taljan qata’ s-sentenza fil-konfront ta’ Lotito u t-tobba ta’ Lazio ki kisru l-Protokoll tal-FIGC fl-okkażjoni tal-partiti kontra Torino u Juventus. Lotito ġie sospiż għal seba’ xhur, filwaqt li t-tobba Pulcini u Rodia weħlu sospensjoni ta’ sena. Lazio ġew immultati 150,000 Euro b’rabta mal-każ.
Illum twettqet inġustizzja oħra fil-konfront ta’ Juventus u Torino, li jiżdiedu mal-ħafna li ż-żewġ timijiet sofrew f’dan l-istaġun. Dis-sena, tajjeb infakkru, Roma ngħataw telfa walk over kontra Sassuolo għax bi żvista lil Diawara niżżluh fil-lista tal-plejers Under 23. Jekk inqabblu l-każ ta’ Roma ma’ dak ta’ Lazio faċli nindunaw li llum ma saritx ġustizzja. Lazio niżżlu fid-dokumenti tal-partiti kontra Torino u Juventus plejer li kien pożittiv għall-Covid-19 u saħansitra jidher li dal-plejer lagħab kontra Torino. Naħseb li dan hu każ gravi ferm u li Lazio kien ħaqqhom xejn xejn piena iktar ħarxa! Id-domanda tibqa’: li kieku ma kienx hemm Juventus fl-istorja, is-sentenza kienet tkun l-istess?
Fil-każ ta’ Juventus din h t-tieni darba dis-sena li tim avversarju ġie jaqa’ u jqum mill-Protokol. Lazio u Napoli ma ħallsux għal dak li għamlu u nemmnu li Juventus ittiħdulhom ħames punti għal xejn b’xejn, ħames punti li kienu jsaħħu l-pożizzjoni tal-Bianconeri fil-klassifika u li jaf ikunu determinati għal min se jiġi mal-ewwel erba’ dis-sena. Imma issa drajniha li Lotito u De Laurentis jagħmlu dejjem dak li jridu bla ma ħadd iwaqqafhom!!
Matthew Scerri
In-nofs il-grawnd jeħtieġ bidliet kbar u fuq kollox hemm bżonn akkwisti ta’ kwalità biex, wara tliet snin, Juventus ikollhom nofs il-grawnd denju ta’ tim qawwi. Isem li qed isir b’saħħa hu dak ta’ Houssem Aouar. O. Lyon għadhom qed jitolbu 50 miljun Ewro għalih. Jidher li l-plejer innifsu lest jingħaqad ma’ Juventus. Il-Bianconeri għandhom relazzjonijiet tajba kemm mal-klabb ta’ O. Lyon kif ukoll mal-aġenti Franċżi tiegħu. Qed jingħad li Juventus lesti jgħaddu lil O. Lyon lil De Sciglio u flus sabiex jiksbu lil Aouar.
Matthew Scerri
Aaron Ramsey x’aktarx se jirritorna fil-Premier League fl-istaġun li jmiss. Rapporti li dehru fil-media Ingliża jsostnu li West Ham, Aston Villa u Crystal Palace se jkunu qed iressqu offerta għalih das-sajf.
Matthew Scerri
L-attenzjoni tal-media Taljana tidher li hi fuq l-attakk Juventin. Fil-aħħar jiem kellna diversi xnigħat dwar bidliet fl-attakk Juventin li jistgħu jseħħu das-sajf. Donnu li Ronaldo, Morata u Dybala mhumiex ċerti minn posthom u Juventus qed ifittxu attakkanti ġodda minflokhom. Fil-ħarġa tal-lum ta’ La Gazzetta dello Sport naqraw li Ronaldo lest jibqa’ biss irid attakkant b’karatteristiċi li jaqblu ma’ tiegħu. Juventus lesti jikkuntentawh billi jiksbu lil Kean jew lil Aguero. Tgħid vera?
Matthew Scerri
Milik u Scamacca jidher li għadhom ma qatgħux qalbhom li jistgħu jingħaqdu ma’ Juventus. Fil-fatt, skont La Gazzetta dello Sport, hekk kif m’hemmx ċertezza li Morata se jibqa’ ma’ Juventus, mhux eskluż li fis-sajf ikun hemm taqlib kbir fi ħdan it-tim Juventin. Il-Bianconeri, jista’ jkun, li jagħżlu li ma jġeddux is-self ta’ Morata għal 10 miljuni oħra u minflok jinvestu ftit iktar flus biex jiksbu għal kollox lil Milik jew Scamacca.
Matthew Scerri
Das-sajf Mauro Icardi x’aktarx se jkun qed jitlaq lil PSG. Diversi klabbs qed juru interess fih. Fost il-klabbs li jidhru l-aktar interessati li jiksbu s-servizzi tiegħu hemm Juventus u Roma. It-tnejn li huma jeħtieġu attakkant tal-kaxxa u japprezzaw immens lil Icardi. Wieħed irid jara jekk PSG humiex se jkunu disposti jaċċettaw ftehim fuq bażi ta’ self. Nifhmu li PSG lesti jaċċettaw li jagħtuh b’self biss jekk ikollhom garanziji li l-klabb li se jiksbu jixtrih għal kollox jekk jintlaħqu ċerta miri.
Matthew Scerri