L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (19 ta’ Jannar 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum id-19 ta’ Jannar 2021.

Ir-riżultati tal-partiti tat-18-il Ġurnata tas-Serie A

Il-Ġimgħa 15 ta’ Jannar 2021, 8.45 p.m.

Lazio-Roma 3-0

Is-Sibt 16 ta’ Jannar 2021, 3.00 p.m.

Bologna-Verona 1-0

Is-Sibt 16 ta’ Jannar 2021, 6.00 p.m.

Torino-Spezia 0-0

Is-Sibt 16 ta’ Jannar 2021, 8.45 p.m.

Sampdoria-Udinese 2-1

Il-Ħadd 17 ta’ Jannar 2021, 12.30 p.m.

Napoli-Fiorentina 6-0

Il-Ħadd 17 ta’ Jannar 2021, 3.00 p.m.

Sassuolo-Parma 1-1

Crotone-Benevento 4-1

Il-Ħadd 17 ta’ Jannar 2021, 6.00 p.m.

Atalanta-Genoa 0-0

Il-Ħadd 17 ta’ Jannar 2021, 8.45 p.m.

Inter-Juventus 2-0

It-Tnejn 18 ta’ Jannar 2021, 8.45 p.m.

Cagliari-Milan 0-2

Matthew Scerri

Chiellini: “Qatt ma dħalna fil-partita”

https://www.youtube.com/watch?v=bs-aaJ3PNYw

Bħal-lum fil-passat (18 ta’ Jannar)

Fis-sena 2004, proprju bħal-lum it-18 ta’ Jannar, fl-Istadio Delle Alpi Juventus kienu laqgħu lil Siena. Il-grawnd kien miksi bis-silġ, biss dan ma waqqafx lit-tim formidabbli ta’ Juventus milli jikseb rebħa kbira. L-iskor finali tal-partita kien ta’ 4-2, b’hattrick ta’ Del Piero u gowl ieħor ta’ Trezeguet.

Inter-Juventus bir-ritratti

Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Inter-Juventus. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus. 

Sors: Juventus.com

Inter-Juventus 2-0

Inter kien ħaqqhom jirbħu u daqshekk. Illum kien hemm wisq neqsin u ma naħsibx li stajna nistennew xi ħaġa aħjar. Li hu żgur hu li minkejja d-difetti (is-soltu storja tal-aħħar tliet snin: midfield u full-backs) xorta waħda għandna tim tajjeb biżżejjed għall-Italja, però fil-grawnd ilna nuru li ma ħaqqniex nirbħu. Pirlo kien riskju żejjed għax dat-tim għandhom bżonn kowċ ta’ esperjenza mhux wieħed li għadu jibda. Id-difiża tagħmel żbalji tat-tfal iż-żgħar u taqla’ gowls bl-addoċċ. Nofs il-grawnd inkonsistenti wisq u spiss bla personalità. Dan kollu rajnieh mhux illum biss meta konna nofs tim kontra Inter. Rajnieh kontra timijiet ta’ livell baxx bħal Crotone, Benevento u Fiorentina. Mhux biżżejjed li tilgħab tajjeb kontra Milan, Lazio jew Atalanta. Kif dejjem għidna biex tirbaħ trid sensiela ta’ rebħiet konsekuttivi imma dis-sena t-tim ta’ Pirlo ma kellux konsistenza. Ħafna partiti rbaħnihom bil-klassi tal-istilel tat-tim aktar milli bl-ideat tal-logħob tat-tim. Nisperaw li l-folja ddur malajr kemm jista’ jkun u forsi jsiru xi akkwisti fil-jiem li ġejjin bil-għan li dat-tim ikun jista’ jqum fuq saqajh.  

INTER-JUVENTUS 2-0

Skurjaw: Vidal (I), Barella (I)

Inter (3-5-2): Handanovic; Skriniar, de Vrij, Bastoni; Hakimi, Barella, Brozovic, Vidal (Gagliardini), Young (Darmian); Lukaku, Lautaro (Sanchez). Kowċ: Conte.

Juventus (3-5-2): Szczesny; Danilo, Bonucci, Chiellini; Chiesa, Rabiot (McKennie), Bentancur, Ramsey (Kulusevski), Frabotta (Bernardeschi); Morata, Ronaldo. Kowċ: Pirlo.

Referee: Doveri

Karti sofor: Bonucci (J), Young (I), Morata (J), Barella (I).

Matthew Scerri