Coccolo lejn self ma’ Cremonese

Luca Coccolo mistenni jitlaq lil Juventus Under 23 fis-sigħat li ġejjin biex jingħaqad b’self ma’ Cremonese. Il-kowċ ta’ Cremonese hu Fabio Pecchia li s-sena li għaddiet kien imexxi lil Juventus Under 23 u jidher li kien hu stess li talab li Coccolo jingħaqad ma’ Cremonese.

Matthew Scerri

Giroud, Pellé u Scamacca. Negozjati mhux faċli

Fabio Paratici jinsab attiv ferm biex jagħti attakkant ieħor lil Andrea Pirlo. L-affarijiet f’dan l-istadju ma tantx jidhru sbieħ. Fil-fatt skont Calciomercato.com Juventus għamlu tentattiv ieħor ma’ Chelsea biex jiksbu lil Giroud, biss l-Ingliżi ma jridux iħalluh jitlaq. Pellé, imbagħad, mhux lest jiffirma għal sitt xhur biss u qed jitlob kuntratt ta’ sena u nofs, ħaġa li Juventus ma jixtiqux. Jifdal, għaldaqstant, Scamacca li għandu prezz għoli. Juventus u Sassuolo jidhru li lesti jilħqu ftehim għal self ta’ sena u nofs. Il-problema tibqa’ li Sassuolo jridu li Juventus ikollhom l-obbligu li jixtruh għal kollox, filwaqt li l-Bianconeri jridu li jkollhom id-dritt mingħajr ebda obbligu. Qed ikun irrapurtat li Sassuolo talbu lil Dragusin fil-ftehim, imma Juventus ma aċċettawx.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (16 ta’ Jannar 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-16 ta’ Jannar 2021.

Bħal-lum fil-passat: 16/1/1985 Juventus jirbħu s-Super Cup tal-Ewropa

36 sena ilu bħal-lum Juventus rebħu għall-ewwel darba s-Super Cup tal-Ewropa. Kien proprju fis-16 ta’ Jannar 1985 li Juventus laqghu f’darhom lil Liverpool f’partita li ntlagħbet minkejja l-ħafna silġ kesa l-pitch. U dakinhar l-eroj ta’ Juventus kien Zibi Boniek, il-‘Bello di notte’, li skorja d-doppjetta deċiżiva għall-Bianconeri.

Sassuolo jridu 25 miljun għal Scamacca

Allegatament Sassuolo qed jitolbu 25 miljun Ewro għal Gianluca Scamacca. Nafu fiċ-ċert li Sassuolo mhux se jisilfuh u minflok jippreferu bejgħ. Juventus, mill-banda l-oħra, ma jridux joħorġu flus għalissa. Probabbli li l-klabbs jippruvaw isibu ftehim bejniethom fuq bażi ta’ self għal sena u nofs, bil-Bianconeri jkollhom l-obbligu li jixtruh għal kollox għal somma ta’ bejn 20 u 25 miljun Ewro.

Matthew Scerri

Chiesa u McKennie għadhom dubjużi

Illum Chiesa u McKennie ttrenjaw għal xi ħin mal-bqija ta’ sħabhom. Dan hu sinjal li qed jirkupraw mill-injuries imma għadhom mhumiex 100% f’sikkithom. Għada nkunu nafu jekk verament humiex se jkunu jistgħu jilagħbu kontra Inter. Fil-fatt jekk jittrenjaw is-sessjoni ta’ kollha ma’ sħabhom, ikun hemm ċans kbir li narawhom mill-ewwel minuta kontra t-tim ta’ Conte.

Matthew Scerri

Kulusevski hu l-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Genoa

Dejan Kulusevski ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Juventus u Genoa. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 28% tal-voti, segwit minn Rafia b’21% tal-voti, filwaqt li fit-tielet post insibu lil Morata b’15% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem!

Matthew Scerri

Inter-Juventus. Ħarsa lejn il-konfronti tal-passat

Meta nqallbu fil-kotba tal-passat insibu li s’issa kien hemm 236 konfront uffiċjali bejn Inter u Juventus. Minn dawn Juventus rebħu 108 partita, kien hemm 58 draw u 70 rebħa għal Inter. Fis-Serie A l-konfronti bejn it-timijiet jammontaw għal 174. Interessanti li Juventus rebħu kważi d-doppju tal-partiti ta’ Inter (84 rebħa għal Juventus u 46 rebħiet tan-Nerazzurri!). Fis-Serie A kien hemm komplessivament anki 44 draw bejn Juventus u Inter. Meta nħarsu lejn il-konfronti tas-Serie A f’San Siro, insibu 24 rebħa Juventina f’87 partita. Il-bqija tal-partiti marru hekk: 28 draw u 35 rebħa għal Inter.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (15 ta’ Jannar 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-15 ta’ Jannar 2021.

Bħal-lum fil-passat (15 ta’ Jannar)

Fil-15 ta’ Jannar 1997 Juventus marru Pariġi biex jilagħbu l-ewwel leg tas-Super Cup Ewropea. Il-Bianconeri, Champions tal-Ewropa, urew il-qawwa tagħhom b’rebħa kbira ta’ 1-6.