Kean jew Aguero fl-attakk ma’ Ronaldo

L-attenzjoni tal-media Taljana tidher li hi fuq l-attakk Juventin. Fil-aħħar jiem kellna diversi xnigħat dwar bidliet fl-attakk Juventin li jistgħu jseħħu das-sajf. Donnu li Ronaldo, Morata u Dybala mhumiex ċerti minn posthom u Juventus qed ifittxu attakkanti ġodda minflokhom. Fil-ħarġa tal-lum ta’ La Gazzetta dello Sport naqraw li Ronaldo lest jibqa’ biss irid attakkant b’karatteristiċi li jaqblu ma’ tiegħu. Juventus lesti jikkuntentawh billi jiksbu lil Kean jew lil Aguero. Tgħid vera?

Matthew Scerri  

Għadhom jissemmew Milik u Scamacca

Milik u Scamacca jidher li għadhom ma qatgħux qalbhom li jistgħu jingħaqdu ma’ Juventus. Fil-fatt, skont La Gazzetta dello Sport, hekk kif m’hemmx ċertezza li Morata se jibqa’ ma’ Juventus, mhux eskluż li fis-sajf ikun hemm taqlib kbir fi ħdan it-tim Juventin. Il-Bianconeri, jista’ jkun, li jagħżlu li ma jġeddux is-self ta’ Morata għal 10 miljuni oħra u minflok jinvestu ftit iktar flus biex jiksbu għal kollox lil Milik jew Scamacca.

Matthew Scerri

Juventus u Roma interessati ferm f’Icardi

Das-sajf Mauro Icardi x’aktarx se jkun qed jitlaq lil PSG. Diversi klabbs qed juru interess fih. Fost il-klabbs li jidhru l-aktar interessati li jiksbu s-servizzi tiegħu hemm Juventus u Roma. It-tnejn li huma jeħtieġu attakkant tal-kaxxa u japprezzaw immens lil Icardi. Wieħed irid jara jekk PSG humiex se jkunu disposti jaċċettaw ftehim fuq bażi ta’ self. Nifhmu li PSG lesti jaċċettaw li jagħtuh b’self biss jekk ikollhom garanziji li l-klabb li se jiksbu jixtrih għal kollox jekk jintlaħqu ċerta miri.

Matthew Scerri

Il-100 partita ta’ Bonucci mat-tim nazzjonali Taljan

Leonardo Bonucci lagħab il-partita numru 100 mat-tim nazzjonali Taljan fil-karriera tiegħu. Il-mitt partita tiegħu kienet Italja-Irlanda ta’ Fuq tal-bieraħ filgħaxija. Bħalissa hu jinsab fit-tmien post tal-klassifika tal-plejers li lagħbu l-aktar għall-Azzurri.

Matthew Scerri

Id-dati u l-ħinijiet tal-partiti tas-Serie A mit-30 u sal-34 Ġurnata

Il-Lega Calcio ħabbret id-dati u l-ħinijiet preċiżi tal-partiti tas-Serie A mit-30 u sal-34 Ġurnata. Juventus se jkunu impenjati kif ġej:

It-30 Ġurnata: Juventus-Genoa (11 ta’ April, 3.00 p.m.)

Il-31 Ġurnata: Atalanta-Juventus (18 ta’ April, 3.00 p.m.)

It-32 Ġurnata: Juventus-Parma (21 ta’ April, 8.45 p.m.)

It-33 Ġurnata: Fiorentina-Juventus (25 ta’ April, 3.00 p.m.)

L-34 Ġurnata: Udinese-Juventus (2 ta’ Mejju, 6.00 p.m.)

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (25 ta’ Marzu 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-25 ta’ Marzu 2021.

Chiellini: “Pirlo mhuwiex il-problema”

Waqt konferenza tal-aħbarijiet mat-tim nazzjonali, Giorgio Chiellini ddefenda lil Pirlo. “Juventus għamlu inqas milli wieħed seta’ jistenna. Pirlo mhuwiex il-problema, semmai hi problema tal-grupp kollu. Mhuwiex l-agħar mument li qattajt ma’ Juventus. Naħseb li Nedved u Paratici tkellmu tajjeb dwar is-sitwazzjoni ta’ Juventus wara l-aħħar partita,” qal il-captain Juventin.

Matthew Scerri

Magħruf il-prezz ta’ Gabriel Menino

Juventus, Chelsea u Atletico Madrid qed isegwu b’interess kbir lil Gabriel Menino, il-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Palmeiras. Hu għandu klawżola li permezz tagħha jista’ jinħall mill-kuntratt tiegħu bil-ħlas ta’ penali li tammonta għal 60 miljun Ewro. Madankollu, skont Mundo Deportivo, Palmeiras lesti jbigħuh għal somma inferjuri, madwar 15-20 miljun Ewro.

Matthew Scerri