Uffiċjali: Kif se jibdew Juventus u Benevento

Juventus (4-4-2): Szczesny; Danilo, Bonucci, De Ligt, Bernardeschi; Chiesa, Arthur, Rabiot, Kulusevski; Morata, Cristiano Ronaldo. 

Benevento (3-5-2): Montipò; Tuia, Barba, Caldirola; Improta, Hetemaj, Viola, Ionita, Foulon; Lapadula, Gaich.

De Sciglio: “Nixtieq nibqa’ ma’ O. Lyon”

F’kumment mogħti lil 20 Minutes, Mattia De Sciglio stqarr li x-xewqa tiegħu hi li jibqa’ ma’ O. Lyon, għalkemm sostna wkoll li d-deċiżjoni finali se tittieħed min-naħa ta’ Juventus. De Sciglio kkonferma wkoll li fil-passat kien qrib li jingħaqad ma’ PSG bi tpartit ma’ Kurzawa biss imbagħad kollox sfaxxa fix-xejn fuq deċiżjoni ta’ Juventus.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (21 ta’ Marzu 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-21 ta’ Marzu 2021.

Il-plejers Juventini mgħajta għall-partita kontra Benevento

Rodrigo Bentancur reġa’ ġie mgħajjat minn Pirlo wara li fieq mill-Covid, filwaqt li anki Buffon irkupra mill-injury li żammu ‘l bogħod mill-azzjoni fl-aħħar jiem.

Il-plejers kollha mgħajta minn Pirlo għall-partita kontra Benevento huma:

Gowlers: Szczesny, Pinsoglio, Buffon;
Difensuri: Chiellini, De Ligt, Danilo, Bonucci, Di Pardo, Dragusin, Frabotta;
Plejers ta’ nofs il-grawnd: Arthur, McKennie, Chiesa, Rabiot, Bentancur, Bernardeschi, Fagioli, Kulusevski;
Attakkanti: Ronaldo, Morata.

Matthew Scerri

Kif x’aktarx se jilagħbu Juventus u Benevento

Juventus (4-4-2): Szczesny; Danilo, Bonucci, De Ligt, Bernardeschi; Kulusevski, Arthur, Rabiot, Chiesa; Morata, Ronaldo.

Benevento (4-3-2-1): Montipò; Improta, Tuia, Caldirola, Barba; Tello, Hetemaj, Viola; Ionita, Caprari, Lapadula.

Sors: Sky

Ronaldo u Girelli huma l-Aqwa Plejers għall-istaġun 2019/20

Cristiano Ronaldo ġie ppremjat waqt il-Gran Galà del Calcio bħala l-Aqwa Plejer tas-Serie A għall-istaġun 2019/20. Cristiana Girelli ta’ Juventus Women hi l-Aqwa Plejer tas-sena fost in-nisa. Bonucci u Dybala jiffurmaw parti mit-tim tas-sena tal-irġiel.

L-Aqwa Ħdax tal-Irġiel: Donnarumma, Theo Hernandez, De Vrij, Bonucci, Gosens; Barella, Gomez, Luis Alberto; Dybala, Immobile, Cristiano Ronaldo. Kowċ: Gasperini.

L-Aqwa Ħdax tan-Nisa: Laura Giuliani (Juventus), Alia Guagni (Atletico Madrid), Linda Sembrant (Juventus), Lisa Boattin (Juventus), Elisa Bartoli (Roma), Aurora Galli (Juventus), Manuela Giugliano (Roma), Valentina Cernoia (Juventus), Daniela Sabatino (Sassuolo), Tatiana Bonetti (Fiorentina), Cristiana Girelli (Juventus). 

Ingħataw premijiet anki lil Atalanta bħala l-Aqwa Klabb tas-Sena, kif ukoll lil Daniele Orsato li ġie magħżul bħala l-Aqwa Referee.

Matthew Scerri

Erba’ plejers Juventini mgħajta mat-tim nazzjonali Taljan

Bonucci, Chiellini, Bernardeschi u Chiesa huma l-erba’ plejers Juventini mgħajta minn Roberto Mancini mat-tim nazzjonali Taljan għall-partiti kontra l-Irlanda ta’ Fuq (25 ta’ Marzu), il-Bulgarija (28 ta’ Marzu) u l-Litwanja (31 ta’ Marzu).

Il-plejers kollha mgħajta huma:

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (20 ta’ Marzu 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-20 ta’ Marzu 2021.

Awguri, President!

Illum hu jum għeluq snin il-President tal-Club tagħna, Joseph Fenech. Minn qalbna nawgurawlu li jkollu ġurnata mill-isbaħ mimlija b’dak kollu li tixtieq qalbu. Nirringrazzjawh għas-snin twal ta’ ħidma b’risq il-Juventus Club Vero Amore u jalla l-Presidenza tiegħu tkompli tkun mimlija suċċessi għall-Club tagħna anki fis-snin li ġejjin.