Juventus-Dynamo Kiev 3-0

L-ewwel gowl ta’ Chiesa u s-750 gowl fil-karriera ta’ Ronaldo. Żewġ gowls storiċi li magħhom irridu nżidu gowl ieħor ta’ Morata. Juventus kisbu rebħa faċli f’partiti li kkontrollaw u ddominaw tul id-disgħin minuta. Chiesa kellu wirja tassew tajba u kien involuti fit-tliet gowls tal-partita. Ronaldo u Morata huma dejjem iktar koppja li qed taqbel u li kapaċi tkisser lid-difiża avversarja. Meta Juventus jirnexxilhom jilagħbu hekk, il-veru fihom pjaċir!

JUVENTUS-DYNAMO KIEV 3-0

Skurjaw: Chiesa (J), Ronaldo (J), Morata (J)

Juventus (3-4-1-2): Szczesny; Demiral (Dragusin), Bonucci (Danilo), De Ligt; Chiesa (Kulusevski), Bentancur (Arthur), McKennie, Alex Sandro; Ramsey (Bernardeschi); Morata, Cristiano Ronaldo. Kowċ: Pirlo.

Dynamo Kiev (4-3-3): Bushchan; Kedziora, Zabarnyi, Popov, Mykolenko (Karavaev); Shepeliev (Harmash), Sydorchuk, Shaparenko; Tsygankov (Lednev), Verbic (Supryaha), Rodrigues (De Pena). Kowċ: Lucescu.

Referee: Frappart.

Karti sofor: Zabarnyi (D), Bentancur (J), Shaparenko (D).

Matthew Scerri

Uffiċjali: Kif se jibdew Juventus u Dynamo Kiev

Juventus (3-4-1-2): Szczesny; Demiral, Bonucci, De Ligt; Chiesa, Bentancur, McKennie, Alex Sandro; Ramsey; Morata, Cristiano Ronaldo.

Dynamo Kiev (4-3-3): Bushchan; Kedziora, Zabarnyi, Popov, Mykolenko; Shepeliev, Sydorchuk, Shaparenko; Tsygankov, Verbic, Rodrigues. 

Ronaldo b’ċans li jiskurja s-750 gowl fil-karriera

Illejla Cristiano Ronaldo qed jimmira li jiskurja l-gowl numru 750 fil-karriera tiegħu. S’issa hu skurja 749 u allura jekk isib ix-xibka l-lejla, se jkun qed jilħaq ċifra ta’ gowls skurjati li ftit plejers laħqu tul il-karriera tagħhom.

Matthew Scerri

Pożizzjoni ġdida għal Demiral illejla

Illejla Mehdi Demiral se jkun qed jilgħab f’pożizzjoni ġdida għalih. Hu se jkun qed jilgħab mal-linja leminija bħala full-back. Fiċ-ċentru tad-difiża se jkun hemm il-koppja Bonucci-De Ligt, filwaqt li Alex Sandro se jilgħab mal-linja xellugija. B’Demiral full-back, Pirlo se jkun jista’ jserraħ lil Danilo u lil Cuadrado.

Matthew Scerri

Dybala mistenni jerġa’ jkun fuq il-bank tas-sostituti

Kollox jindika li llejla Paulo Dybala mhux se jkun qed jibda mill-ewwel minuta kontra Dynamo Kiev. Fil-fatt Pirlo se jibda b’Morata u Ronaldo. L-Ispanjol se jitlef iż-żewġ partiti li jmiss tal-kampjonat u allura se jilgħab illejla. Ronaldo, mill-banda l-oħra, se jkun qed jirritorna fl-azzjoni wara li ngħata ftit tal-mistrieħ kontra Benevento.

Matthew Scerri