Il-plejers Juventini mgħajta għall-partita kontra Dynamo Kiev

Il-plejers mgħajta minn Pirlo għall-partita kontra Dynamo Kiev huma:

Gowlers: Szczesny, Pinsoglio, Israel
Difensuri: De Ligt, Alex Sandro, Danilo, Cuadrado, Bonucci, Demiral, Dragusin, Frabotta
Plejers ta’ nofs il-grawnd: Arthur, Ramsey, McKennie, Chiesa, Rabiot, Bentancur, Bernardeschi, Portanova, Kulusevski
Attakkanti: Ronaldo, Morata, Dybala, Da Graca

Matthew Scerri

Kif x’aktarx se jilagħbu Juventus u Dynamo Kiev

Juventus (4-4-2): Szczesny; Danilo, Bonucci, De Ligt, Alex Sandro; Kulusevski, Bentancur, Rabiot, Bernardeschi; Morata, Ronaldo.

Dynamo Kiev (4-2-3-1): Buschchan; Kedziora, Zabarnyi, Mykolenko, Karavaev; Shepelev, Andrievsky; Shaparenko, Buyalskyi, De Pena; Verbic.

Sors: Sportmediaset.

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (2 ta’ Diċembru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-2 ta’ Diċembru 2020.

Alcibiade fieq mill-Covid-19

Raffaele Alcibiade, id-difensur ta’ Juventus U23, fieq mill-Covid-19. Hu kien ittestja pożittiv fl-4 ta’ Novembru li għadda u issa, wara kważi xahar, ħeles mill-virus.

Matthew Scerri

Ronaldo rebaħ il-Golden Foot Award. Premju anki għal Andrea Agnelli

Cristiano Ronaldo rebaħ it-tmintax-il edizzjoni tal-Golden Foot Award. Andrea Agnelli wkoll irċieva premju: Golden Foot Prestige Award, li ngħata għall-ewwel darba u li jippremja lill-Aqwa President.

Matthew Scerri

Morata sospiż għal żewġ partiti

Alvaro Morata ġie sospiż għal żewġ partiti fis-Serie A. Hu qala’ karat safra wara li r-referee Pasqua saffar tmiem il-partita Benevento-Juventus. Morata baqa’ jipprotesta mar-referee u qal kliem mhux xieraq. Għaldaqstant ġie muri karta ħamra u issa weħel sospensjoni ta’ żewġ partiti.

Matthew Scerri

Injury ieħor għal Chiellini

Giorgio Chiellini sofra injury muskolari ieħor waqt is-sessjoni ta’ taħriġ lejlet il-partita kontra Dynamo Kiev. Hu kważi żgur li, apparti l-partita t’għada, se jkollu jitlef anki d-Derby ta’ Turin.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (1 ta’ Diċembru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-1 ta’ Diċembru 2020.