Khedira se jiffirma għal Hertha Berlin

Sami Khedira wasal biex isellem lil Juventus. Skont Kicker illum hu kien il-Ġermanja għat-testijiet mediċi qabel jiffirma għal Hertha Berlin. Hu se jkun qed jingħata l-free release mingħand Juventus biex b’hekk il-Bianconeri jiffrankaw il-paga tiegħu minn issa sal-aħħar ta’ Ġunju.

Matthew Scerri

Mandragora misluf lil Torino

Torino jidhru li għamlu ħbieb ma’ Juventus fis-suq tat-trasferimenti. Fil-fatt apparti Rugani huma se jkunu qed jiksbu anki lil Rolando Mandragora. Illum kien hemm laqgħa ma’ Paratici u nstab ftehim għal Mandragora. Hu se jkun qed jingħaqad ma’ Torino b’self għal sena u nofs. Wara Torino jkollhom l-obbligu li jixtruh għal kollox jekk jinkisbu riżultati stabbiliti minn issa.

Matthew Scerri

Ir-riżultati tal-partiti tal-20 Ġurnata tas-Serie A

Il-Ġimgħa 29 ta’ Jannar 2021, 8.45 p.m.

Torino-Fiorentina 1-1

Is-Sibt 30 ta’ Jannar 2021, 3.00 p.m.

Bologna-Milan 1-2

Is-Sibt 30 ta’ Jannar 2021, 6.00 p.m.

Sampdoria-Juventus 0-2

Is-Sibt 30 ta’ Jannar 2021, 8.45 p.m.

Inter-Benevento 4-0

Il-Ħadd 31 ta’ Jannar 2021, 12.30 p.m.

Spezia-Udinese 0-1

Il-Ħadd 31 ta’ Jannar 2021, 3.00 p.m.

Crotone-Genoa 0-3

Atalanta-Lazio 1-3

Cagliari-Sassuolo 1-1

Il-Ħadd 31 ta’ Jannar 2021, 6.00 p.m.

Napoli-Parma 2-0

Il-Ħadd 31 ta’ Jannar 2021, 8.45 p.m.

Roma-Verona 3-1

Matthew Scerri

Sampdoria-Juventus bir-ritratti

Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Sampdoria-Juventus. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus. 

Sors: Juventus.com

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (31 ta’ Jannar 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-31 ta’ Jannar 2021.

Rugani lejn self ma’ Torino

Daniele Rugani se jkun qed jirritorna fis-Serie A. Fis-sigħat li ġejjin hu se jkun qed jingħaqad ma’ Torino b’self għal sitt xhur. Torino għandhom diġà ftehim ma’ Juventus għal dat-trasferiment.

Matthew Scerri

Bentancur se jkun sospiż kontra Roma

Il-karta s-safra li Bentancur qala’ fil-partita kontra Sampdoria se tiswieh qares. Fil-fatt hu kien fil-lista tad-diffidati u allura awtomatikament se jkun sospiż. Bentancur se jitlef għaldaqstant il-partita kontra Roma.

Matthew Scerri