Tliet ħatriet ġodda fi ħdan Juventus

Juventus ħabbru l-ħatra ta’ tliet persuni ġodda f’karigi importanti fi ħdan il-klabb. Stefano Cerrato se jkun iċ-Chief Financial Officer u se jkun qed jaħdem mill-qrib ma’ Stefano Bertola. Inħolqu, imbagħad, żewġ karigi oħra li se jkunu qed jaħdmu mill-qrib ma’ Andrea Agnelli: Cesare Gabasio se jkun il-General Counsel and Chief Legal Officer, filwaqt li Tiziana Zancan se jkollha l-kariga ta’ Chief People Officer.

Matthew Scerri

La Penna mill-ġdid ma’ saqajna … ftit riflessjonijiet

Intom li ssegwu dal-blog tafu tajjeb li ma tantx inħobbu nitkellmu dwar referees. La jinteressana wisq u lanqas inħossu li hu argument daqstant rilevanti. Kulma nagħmlu hu li mwasslu l-lista ta’ referees magħżula għall-partita mingħajr ma nikkummentaw wisq. Illum imma nħossu li kumment għandna ngħadduh hekk kif tħabbar li r-Raba’ Uffiċċjal ta’ Cagliari-Benevento se jkun La Penna, l-istess referee li tant ħawwad waqt Juventus-Fiorentina. Kienu qalulna li kellu jibqa’ wieqaf għal xahar bħala penitenza. Ovvjament xejn minnu u dawk il-ħafna artikli tal-gazzetti riedu biss jgħaddulna s-soltu messaġġ: min jiżbalja kontra Juventus ikollu jħallas u hu għalhekk li r-referees qatt ma jieħdu deċiżjonijiet kontra l-Bianconeri. Teorija li qatt ma sabet ebda konferma fir-realtà (nafu imma li l-gideb xi kultant jitmewwen iktar mill-verità!). Ir-referees jiżbaljaw għax huma nies bħal kulħadd u ġieli jiżbaljaw għax mhumiex tal-livell meħtieġ. Li fl-epoka tal-VAR għadna naraw ċerta affarijiet hi minnha nnifisha ħaġa li turi l-medjokrità ta’ uħud mir-referees. Ma nemmnux imma li referee jieħu deċiżjoni favur jew kontra biex jgħin lil tim fuq ieħor. Qatt m’emminniha meta kienu jgħiduha kontrina u lanqas se nużawha issa bħala alibi għal staġun diffiċli bħal dan. Min imexxi lir-referees, però, għandu bżonn jara x’se jagħmel biex jgħolli l-kwalità tar-referees u biex itejjeb l-użu tal-VAR. Dak li rajna mir-referee La Penna waqt Juventus-Fiorentina ma wassalx għat-telfa ta’ Juventus, imma żgur li hu inaċċettabbli li tara referee jimxi b’dak il-mod. Nisperaw li ma narawx iktar affarijiet hekk fis-Serie A!

Matthew Scerri

Ir-referees tal-partiti tas-16-il Ġurnata tas-Serie A

L-Erbgħa 6 ta’ Jannar 2021, 12.30 p.m.

Cagliari-Benevento: Abbattista

L-Erbgħa 6 ta’ Jannar 2021, 3.00 p.m.

Atalanta-Parma: Sacchi

Bologna-Udinese: Ayroldi

Crotone-Roma: Piccinini

Lazio-Fiorentina: Abisso

Sampdoria-Inter: Valeri

Sassuolo-Genoa: Fabbri

Torino-Verona: Di Bello

L-Erbgħa 6 ta’ Jannar 2021, 6.00 p.m.

Napoli-Spezia: Mariani

L-Erbgħa 6 ta’ Jannar 2021, 8.45 p.m.

Milan-Juventus: Irrati

Matthew Scerri

Pirlo jikkonferma li Juventus iridu attakkant ġdid

“Mercato? Tkellimna u nafu x’irridu. Paratici jaf sew. Ikun utli attakkant ieħor li jserraħ lill-attakkanti li għandna fit-tim.” Hekk tkellem Andrea Pirlo fi tmiem Juventus-Udinese. Kliemu jikkonferma li verament fost il-prijoritajiet ta’ Juventus hemm l-akkwist ta’ attakkant ieħor. Ta’ min jgħid li bejn injuries u sospensjonijiet, Pirlo ħafna drabi spiċċa kellu għad-dizpożizzjoni tiegħu żewġ attakkanti kull partita.

Matthew Scerri

Pirlo: “Ma naħsibx li Morata se jilħaq jirkupra sa nhar l-Erbgħa”

Fi tmiem il-partita kontra Udinese, Andrea Pirlo ma tantx kien ottimist dwar kemm Morata jista’ jilħaq jirkupra sa nhar l-Erbgħa għall-big match kontra Milan. L-injury tiegħu probabbli mhux se jħalli lill-Ispanjol jinżel fil-grawnd kontra r-Rossoneri.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (4 ta’ Jannar 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-4 ta’ Jannar 2021.

Bħal-lum fil-passat (4 ta’ Jannar)

Il-filmat tal-lum se joħodna lura għall-4 ta’ Jannar 1976 meta l-Bianconeri għelbu lil Napoli fl-iStadio Comunale bl-iskor ta’ 2-1. Kienu Napoli li fetħu l-iskor u wara kellna r-reazzjoni Bianconera li wasslet għall-iskor finali ta’ 2-1 favurihom.