Ir-riżultati tal-partiti tat-13-il Ġurnata tas-Serie A

Is-Sibt 19 ta’ Diċembru 2020, 3.00 p.m.

Fiorentina-Verona 1-1

Is-Sibt 19 ta’ Diċembru 2020, 6.00 p.m.

Sampdoria-Crotone 3-1

Is-Sibt 19 ta’ Diċembru 2020, 8.45 p.m.

Parma-Juventus 0-4

Il-Ħadd 20 ta’ Diċembru 2020, 12.30 p.m.

Torino-Bologna 1-1

Il-Ħadd 20 ta’ Diċembru 2020, 3.00 p.m.

Benevento-Genoa 2-0

Cagliari-Udinese 1-1

Inter-Spezia 2-1

Sassuolo-Milan 1-2

Il-Ħadd 20 ta’ Diċembru 2020, 6.00 p.m.

Atalanta-Roma 4-1

Il-Ħadd 20 ta’ Diċembru 2020, 8.45 p.m.

Lazio-Napoli 2-0

Matthew Scerri

Numri eċċezzjonali għal Ronaldo

Żgur li kulħadd jaqbel dwar il-bravura assoluta ta’ Cristiano Ronaldo. L-istatistika turina li l-2020 għalih kienet sena tassew mimlija gowls. Komplessivament hu skurja 44 gowl fl-44 partita li lagħab dis-sena. Jekk inħarsu biss lejn il-partiti ma’ Juventus fl-2020, insibu li CR7 skurja 33 gowl f’28 partita tas-Serie A. Fiċ-Champions League sab ix-xibka sitt darbiet f’sitt partiti, filwaqt li l-gowls fil-Coppa Italia kienu tnejn f’erba’ partiti. Komplessivament hu skurja 38 gowl f’41 partita ma’ Juventus fl-2020. Interessanti li hu sar l-ewwel plejer Juventin mill-1961 ‘l hawn li skurja 33 gowl fis-Serie A f’perjodu ta’ sena tal-kalendarju. Qablu kien Omar Sivori li proprju fl-1961 skurja 33 gowl fil-kampjonat bejn Jannar u Diċembru.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (20 ta’ Diċembru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-20 ta’ Diċembru 2020.

Pirlo: “Sodisfatt”

https://www.youtube.com/watch?v=wLflhegL-1c

Kulusevski: “Kuntent għall-gowl”

https://www.youtube.com/watch?v=uVQen0MKco4

Parma-Juventus 0-4

Wirja prattikament perfetta ta’ Juventus wasslet għal tliet punti oħra. It-tim ta’ Pirlo kellu kontroll assolut tal-partita (anki jekk Parma kellhom l-okkażjonijiet tagħhom), fetaħ l-iskor kmieni u mhux biss għalaq il-partita, imma ma waqafx jattakka tul id-disgħin minuta. It-tim kollu jidher li issa dara s-sistema ta’ logħob li għandu f’moħħu Pirlo u l-impressjoni hi li kull plejer jinsab komdu jilgħab fejn qed iqegħdu Pirlo. Insomma, illum kellna konferma li t-tim Juventin għamel progress kbir u għandu kollox biex jiġġieled sal-aħħar għar-rebħ ta’ unuri fl-Italja u fl-Ewropa.

PARMA-JUVENTUS 0-4

Skurjaw: Kulusevski (J), 2 Ronaldo (J), Morata (J)

Parma (4-3-3): Sepe; Iacoponi (Busi), Osorio, Bruno Alves, Gagliolo; Sohm, Hernani, Kurtic (Brugman); Kucka (Cyprien), Cornelius (Inglese), Gervinho (Karamoh). Kowċ: Liverani.

Juventus (4-4-2): Buffon; Danilo, Bonucci (Cuadrado), De Ligt, Alex Sandro; Kulusevski, Bentancur, McKennie (Portanova), Ramsey (Bernardeschi); Morata, Ronaldo (Chiesa). Kowċ: Pirlo.

Referee: Calvarese.

Karta safra: Danilo (J)

Matthew Scerri