El Shaarawy ittestja pożittiv. It-tim nazzjonali jieħu l-passi meħtieġa

It-tabib tat-tim nazzjonali Taljan ħabbar uffiċjalment li Stephan El Shaarawy ittestja pożittiv għall-Covid. Skont Dr. Ferretti jista’ jkun li hu każ ta’ “falso positivo” peress li t-test tad-demm jidher li ta’ riżultat negattiv għall-kuntrarju tal-iswab test. Bħalissa għaddejjin xi verifiki oħra biex it-tobba jifhmu eżattament x’inhu jiġri.

Matthew Scerri

Futur inċert għal Paratici ma’ Juventus

L-ispekulazzjonijiet dwar il-futur ta’ Paratici ma jieqfu qatt. Minkejja li Agnelli dejjem tkellem b’apprezzament għal Paratici fil-pubbliku, il-media Taljana temmen li daqt se jkun hemm bidla. Paratici jidher li jinsab fil-pjanijiet ta’ klabbs Taljani (Roma prinċipalment) u barranin (PSG u Manchester United). Qed jissemmew anki ismijiet ta’ min jista’ joħodlu postu. Il-kandidat numru wieħed hu Cherubini li kulma jmur qed jieħu rwol importanti fi ħdan Juventus. Issemma anki Javier Ribalta li sa ftit tas-snin ilu kien imexxi l-grupp ta’ talent scouts ta’ Juventus.

Matthew Scerri

Zauli pożittiv. It-tim Under 23 fi kwarantina

Il-kowċ ta’ Juventus Under 23, Lamberto Zauli ttestja pożittiv għall-Covid-19. Skont ma jitlob il-protokoll, Juventus ħolqu l-‘bubble’ u poġġew lit-tim kollu f’iżolament ‘fiduciario’.

Matthew Scerri

Żewġ plejers pożittivi għall-Covid fit-tim nazzjonali Taljan?

Hemm suspett qawwi li jista’ jkun hemm żewġ plejers pożittivi fi ħdan it-tim nazzjonali Taljan. F’dal-mumenti l-istaff mediku Taljan qed jistenna xi riżultati b’rabta tal-iswab tests li saru. Kif għidna hu probabbli li hemm xi każijiet ta’ Covid. X’aktarx aktar tard illum stess għandna nkunu nafu fiċ-ċert.

Matthew Scerri

Everton għadhom iridu lil Rabiot

L-għidut tal-calciomercato ma jieqaf qatt u ċerta plejers jidhru dejjem imdendlin, fis-sens li jidhru li se jkunu qed jitilqu lit-tim tagħhom fi kwalunkwe mument. Wieħed minn dawn il-plejers hu Rabiot. Everton jidhru li għadhom qed isegwuh mill-qrib u x’aktarx se jkunu qed jagħmlu tentattiv ieħor f’Jannar biex jiffirmawh mingħand Juventus.

Matthew Scerri

Kollu tort ta’ Bernardeschi?

Juventus kellhom ftehim ma’ O.Lyon biex jixtru lil Aouar għas-somma ta’ 50 miljun Ewro flimkien mas-self ta’ Bernardeschi. Hekk għallinqas qed isostni France Football. Madankollu Bernardeschi ma riedx jaċċetta dat-trasferiment u għaldaqstant Aouar baqa’ ma’ O.Lyon.

Matthew Scerri

Juventus ressqu offerta għal Sergio Ramos

El Chiringuito Tv żvelaw li Real Madrid għadhom ma bdewx it-taħdidiet ma’ Sergio Ramos dwar il-kuntratt il-ġdid tiegħu. Intant id-difensur Spanjol diġà rċieva offerti mingħand Juventus u PSG. Ramos għandu kuntratt li jiskadi fl-2021 u allura minn Frar se jkun free-agent u se jkun jista’ jinnegozja ma’ liema klabb irid għal trasferiment fis-sajf.

Matthew Scerri

Ramsey weġġa’ mat-tim nazzjonali

Il-ġurnata tal-aħbarijet ħżiena tkompli issa b’aħbar ta’ injury ta’ Aaron Ramsey. Il-Federazzjoni ta’ Wales ħabbret li hu mhux se jkun jista’ jilgħab kontra l-Bulgarija minħabba injury. Meta ninsabu biss ġimgħa ‘l bogħod mill-ewwel partita taċ-Champions League, Pirlo jaf li għandu lil Dybala li jinsab marid, Ronaldo li għandu l-Covid u Ramsey barra mill-azzjoni minħabba injury.

Matthew Scerri

Ronaldo pożittiv għall-Covid-19!

Il-Federazzjoni Portugiża ħabbret li Cristiano Ronaldo nstab pożittiv għall-Covid-19. Hu m’għandux sintomi u tpoġġa f’iżolament kif jitlob il-protokoll.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (13 ta’ Ottubru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-13 ta’ Ottubru 2020.