Juventus-Atalanta bir-ritratti

Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Juventus-Atalanta. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus. 

Sors: Juventus.com

Juventus-Atalanta 1-1

Punt għal Juventus fil-partita kontra Atalanta. Partita tassew mill-isbaħ fejn it-timijiet lagħbu futbol sabiħ. Kienet partita missielta u bbilanċjata, b’Juventus jidhrilna li kienu ħarira aħjar mill-avversarji u setgħu ħadu t-tliet punti. Ronaldo u Morata żbaljaw l-okkażjonijiet li kellhom, imma dawn huma affarijiet li jiġru. Salvawna kemm-il darba u konvinti li se jkun hemm ħafna aktar okkażjonijiet fejn se jkunu determinanti għar-rebħiet. Minkejja li t-tliet punti ma waslux, għandna nkunu tassew kuntent bil-wirja tat-tim. Pirlo u l-istaff tiegħu jidhru li rnexxilhom jgħaqqdu lit-tim. Wirjiet tajba kontra tim bħall-Atalanta huam xiehda li Juventus huma kompetittivi u se jkunu qed jiġġieldu għar-rebħ tal-kampjonat anki dis-sena.

JUVENTUS-ATALANTA 1-1
Skurjaw
: Chiesa (J), Freuler (A)

Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, De Ligt, Bonucci, Danilo; McKennie, Bentancur, Arthur (Rabiot), Chiesa (Alex Sandro); Morata (Dybala), Ronaldo. Kowċ: Pirlo.

Atalanta (3-4-2-1): Gollini; Djimsiti, Romero, Palomino; Hateboer, De Roon, Freuler, Gosens; Malinovsky (Miranchuk), Pessina (Gomez); Zapata (Muriel). KowċGasperini.

Referee: Doveri

Karti sofor: Romero (A), Rabiot (J), De Roon (A), Morata (J), McKennie (J).

Matthew Scerri

Ivvota għall-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Atalanta

Segwi dil-ħolqa biex tivvota għall-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Atalanta:

https://app.ex.co/stories/surveyj10/ivvota-g-all-aqwa-plejer-ta-juventus-atalanta?fbclid=IwAR3PKYRSClHeHZk09fwo3x2BPvJSC8By-wgpTBrGXrBjjgP6LV35KC_7oqo

Gomez ikanta l-innu Juventin?

Minkejja li qabel il-partita Paratici stqarr li Juventus mhux se jixtru lil Gomez f’Jannar, ġie nnutat li l-plejer Arġentin ta’ Atalanta deher ikanta l-innu ta’ Juventus ftit qabel id-dħul tal-plejers fil-grawnd. Ovvjament ħadd ma jafx jekk kienx verament qed ikanta jew inkella kienx qed jgħid xi ħaġa oħra.

Matthew Scerri

Uffiċjali: Kif se jibdew Juventus u Atalanta

Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, De Ligt, Bonucci, Danilo; McKennie, Arthur, Bentancur, Chiesa; Morata, Ronaldo. 

Atalanta (3-4-2-1): Gollini; Palomino, Romero, Djimsiti; Hateboer, Freuler, De Roon, Gosens; Malinovskyi, Pessina; Zapata. 

Offerta kbira għal Cuadrado miċ-Ċina

Skont Fichajes.net it-tim ta’ Guangzhou Evergrande għandu lesta offerta fenomenali għal Juan Cuadrado. Il-klabb Ċiniż jidher li lest joffru kuntratt ta’ tliet snin lil Cuadrado b’paga ta’ 12-il miljun fis-sena.

Matthew Scerri

Il-plejers Juventini mgħajta għall-partita kontra Atalanta

Il-plejers mgħajta minn Pirlo għall-partita kontra Atalanta huma:

Gowlers: Szczesny, Buffon, Pinsoglio.
Difensuri: Chiellini, De Ligt, Alex Sandro, Danilo, Cuadrado, Bonucci, Dragusin, Frabotta.
Plejers ta’ nofs il-grawnd: Arthur, Ramsey, McKennie, Chiesa, Rabiot, Bentancur, Bernardeschi, Portanova, Kulusevski.
Attakkanti: Ronaldo, Morata, Dybala, Da Graca.

Matthew Scerri

Il-klabbs il-kbar tas-Serie A jridu lil Gomez

Fil-ġimgħat li ġejjin il-Papu Gomez x’aktarx se jkun qed jitlaq lil Atalanta. Ħadd ma jaf eżattament x’ġara fid-dressing room bejnu u Gasperini. Il-firda, madankollu, tidher tassew kbira u kollox jindika li Gomez se jitlaq f’Jannar. Il-klabbs il-kbar tas-Serie A – Juventus, Milan, Napoli u Inter – diġà urew interess fih. Żgur li se nisimgħu u naqraw ħafna dwaru.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (16 ta’ Diċembru 2020)

 Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-16 ta’ Diċembru 2020.

Filmat: X’qal Pirlo lejlet Juventus-Atalanta

https://www.youtube.com/watch?v=1IXNp1jJmmA