Dettalji tal-jumejn avvenimenti f’għeluq il-50 sena anniversarju tal-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975)

    Hawn taħt hawn spjegati xi dettalji tal-avvenimenti li sejrin isiru fuq jumejn nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Mejju u nhar is-Sibt 17 ta’ Mejju f’għeluq il-50 sena anniversarju tal-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975) bil-mistiedna speċjali tal-Club ikunu Angelo Di Livio, Moreno Torricelli, Nicola Legrottaglie u Alessandro Birindelli.


Il-Ġimgħa 16 ta’ Mejju – Gala Dinner Il Pirata Mellieha

Filwaqt li nirringrazzjaw lil kull min wera interess li jattendi din is-serata, nitolbu lil dawk prezenti biex jimxu ma’ dawn l-istruzzjonijiet

    – Kull min kiseb biljett huwa mitlub li jġib il-biljett miegħu u jkun fil-post bejn 7pm u importanti mhux aktar tard minn 7.20pm;
    – Dress Code – Smart Casual;
    – Ir-ritratti sejrin jittieħdu mil-fotografu uffiċjali tal-Club biss;
    – Filwaqt li nisħqu li din is-serata mhix maħsuba biex il-mistiedna tal-Club iħallu awtografi u li preferibbilment l-awtografi jinġabru l-għada s-Sibt ġewwa l-Club fejn se jkun hemm ħin allokat apposta, se nagħmlu mezz biex inkunu flessibbli u nippermettu lil dawk il-persuni li ma jistgħux jattendu l-għada s-Sibt ġewwa l-Club sabiex kulħadd joħroġ kuntent. Għaldaqstant nappellaw lil dawk il-persuni li se jattendu l-avveniment tas-Sibt ukoll sabiex iħallu l-merchandising għal nhar is-Sibt gewwa l-Club.

Nitolbu l-koperazzjoni ta’ kulħadd matul din is-serata fejn tidħol fotografija u firmar ta’ merchandising sabiex tinzamm l-ordni.


Is-Sibt 17 ta’ Mejju – Zjara tal-players ġewwa l-Club u ċelebrazzjoni tal-50 sena anniversarju

Filwaqt li napprezzaw il-presenza tal-membri kollha tagħna u nirringrazzjawkom tas-sħubija kmieni li għamiltu għall-istaġun li jmiss 2025/26, nitolbu lil dawk prezenti biex jimxu ma’ dawn l-istruzzjonijiet

    – Il-membri li se jattendu huma mitluba li jkunu prezenti sal-5pm;
    – Ir-ritratti sejrin jittieħdu mil-fotografu uffiċjali tal-Club biss;
    – Se jkun hemm ħin allokat għal Q&A għaldaqstant min ikun interessat jista’ jilħaq jipprepara xi mistoqsija;
    – Nitolbu lil dawk li se jattendu sabiex iġibu magħhom sa massimu ta’ 4 oġġetti għall-iffirmar


    Fil-jiem ta’ wara għal zmien determinat se nkunu qegħdin nilqgħu ordnijiet għar-ritratti minn ġewwa l-uffiċju.
    Għal iktar informazzjoni nitolbukom tikkuntattjawna fuq in-numru 79953519 jew 79618994.
    Grazzi

AKTAR PUNTI MORMIJJA

Ghal ma’ nafx il-kemm il-darba dan l-istagun gharmejna partita ohra fiz-zibel u ma’ konniex kapaci niehdu t-tlett punti anka ghaliex fic-cirkostanzi li gabuna fihom b’taqsima shiha b’ghaxra minn nies zammejna kwazi sa l-ahhar.

Wara l-ewwel taqsima fejn rajna zewg timijiet prattikament jistudjaw lil xulxin izda ma’ nistax ma’ nsemmiex il-pastazata ta’ referee li mil-bidu wera zewg karti sofor lil Thuram u Savona li ser nitilfuhom kontra Udinese. Totalment irrefja loghba sens uniku sa l-ahhar imma issa drajnihom dawn l-affarijiet bis-socjeta letteralment dejjem cassa u siekta.

Morna fil-vantagg fil-bidu tat-tieni taqsima u l-partita giet rovinata bit-tkeccija ta’ Kalulu u jekk tghiduli kienx haqqu nghidilkom ma’ nafx ghaliex l-immagni li urewna kienu mehudin mis-sema u ma’ nistax nifhem kif ittiehdet din id-decizjoni imma kollox jidher car li jridu jergaw ihalluna barra mill-ewwel erba.

Bqajna letteralment tul stagun kollu meta mmorru fil-vantagg kwazi kull partita ma’ konna qatt kapaci naghlqu u niendu tlett punti. Kieku rbahna din il-loghba kienu jkunu tlett punti tad-deheb ghalina. Ma qbiltx assolutament ma’ certa ghazliet li ghamel Tudor specjalment mal-linji fejn Weah laghab kontra saqajh izda onestament nghid ukoll li Alberto Costa ma’ kienx hazin u trid tqis li dan qatt ma’ laghab partita shiha.

Jonqos zewg partiti forsi jispicca dan il-mishut stagun u minghajr dubju irridu 6 punti u ghadna ma’ nafux x’ser jaghmlu Roma ghada kontra Atalanta. Ma’ kelliex dubju li dawk id-drojiet kollha konna ser nibkuwom fl-ahhar ta’ l-istagun izda ejja nghidu l-verita dan it-tim b’dawn il-players b’din il-kwalita kollha nieqsa u hafna players minghajr personalita ma’ ghandniex biex nigu aktar mir-raba post.

Player li rega iddeludini hafna kontra Lazio kien Nico Gonzales, player li kelli hafna fiducja fih izda qatt ma’ kien traxxinatur u wera li ma’ jiflahx ghal certu pressjoni xi haga stramba ghal bniedem sud Amerikan!

Irridu nergaw nistennew u kontra Udinese salvi lesti u kontra Venezia li jridu jsalvaw zgur mhux ha jkunu zewg partiti facli. Nisperaw li r-riżultati jiffavuruna.

FORZA JUVE DEJJEM

TAQTIJA GHAR-RABA POST

Tkompli t-taqtija ghar-raba post wara l-partita difficli kontra Bologna fejn wara taqsima tajba hafna sofrejna l-gowl ta’ dro minn Bologna fil-bidu tat-tieni taqsima.

Konvint li bi ftit aktar attenzjoni konna niehdu l-massimu minn din il-partita izda kollha kemm ahna nafu l-limiti u d-difetti tat-tim taghna. Kif ghidt fl-ewwel taqsima konna kwazi perfetti hrigna tajjeb hafna agressivi, kompatti, determinati u filfatt meritatament wasal il-gowl tal-vantagg meritat minn Kephran Thuram li b’xutt tajjeb gheleb lil Sorupsky u tefghana fil-vantagg.

Kif kien mistenni fit-tieni taqsima Bologna hargu agressivi u rnexxilom igibu d-dro kmieni biex regaw fethu l-partita. Fit-tieni taqsima soffrejna l-agressivita ta’ Bologna u ftit irreagixejna bil-kontrattakk u nerga nghid dan kollu sforz l-ghazla hazina tas-sajf li ghadda li jkollna biss 2 ponot centrali b’Kolo Muani jigi akkwistat f’Jannar minflok il-fantasma Milik!

Nista nghid li t-tibdil li sar specjalment Douglas luiz u Conceicao ma’ swew assolutament xejn u kontra hafna dawk li qabel il-partita ghamlu plejtu ghaliex il-portugiz thalla bilqeghda jien qbilt 100% ma Tudor li bl-inseriment ta’ Mckennie mela l-midfield u konna aktar koperti. Conceicao l-ghaxar minuti li dahal mhux biss ma’ hax ballun izda ma’ rebahx tackle wiehed u ma’ qassamx ballun wiehed tajjeb! L-istess il-misterjuz braziljan Douglas Luiz.

Ergajna rajna partita irrefjata totalment fuq naha wahda, decizjonijiet kontrina biss, fawls dubjuzi jinghataw dejjem lil avversarji u fawls favurina jithalla l-loghob ghaddej! Imma issa drajna li sahha ta’ xejn bhala socjeta ma’ ghandniex u kulhadd jaf bil-pastazati li qed jigru bhalissa fil-gustizzja sportiva!

Fil-glieda ghar-raba post dahlu bis-sahha Lazio u Roma li meta niftakar il-bahar ta’ drojiet li gejna u l-punti li gharmejna fejn Roma kienu xi 12 il-punt tahtna jaqbadni l-biki, izda issa inutli nibku l-passat. Fadal 3 loghbiet, dik tal-gimgha d-diehla kontra Lazio zgur li hija finali u zgur li fl-olimpico ta’ Ruma mhux ha tkun xi haga facli. Nittamaw f’rebha li ttina mbottatura kbira ghal dan l-imbierek raba post.

FORZA JUVE DEJJEM