Stéphanie Frappart se tmexxi Juventus-Dynamo Kiev. L-ewwel mara li se tirreffja partita taċ-Champions League

Juventus-Dynamo Kiev se tkun partita storika. Fil-fatt l-Uefa għażlet lil Stéphanie Frappart biex tkun ir-referee tal-partita. Frappart se tkun l-ewwel referee mara li se tmexxi partita taċ-Champions League.

Matthew Scerri

Software speċjali jiddeċiedi meta Ronaldo għandu jingħata l-mistrieħ

Skont Tuttosport mhuwiex Pirlo li ddeċieda li Ronaldo ma jilgħabx kontra Benevento. Lanqas ma kien il-Portugiż li  talab il-mistrieħ. Il-gazzetta qed issostni li Ronaldo hu segwit kostantement minn grupp ta’ tobba u fiżjoterapisti li jdaħħlu f’software speċjali informazzjoni dwar il-performance ta’ ġismu. Das-sostware jikkalkula, fuq il-bażi tal-informazzjoni xjentifika li jirċievi, meta Ronaldo għandu jistrieħ. Is-software iqis anki l-impenji fil-futur qarib ta’ Ronaldo u allura jistabilixxi meta jkun l-aħjar mument għall-waqfa u l-mistrieħ bil-għan li jkunu evitati injuries u/jew għejja muskolari li tnaqqas il-performance ta’ Ronaldo fil-grawnd.

Matthew Scerri

Juventus kontra Dynamo Kiev għas-sitt darba fl-istorja

Juventus u Dynamo Kiev kienu avversarji ta’ xulxin fiċ-Champions League fil-passat għal total ta’ ħames partiti. Juventus rebħu erba’ minn dawn il-partiti, filwaqt li darb’oħra kellna riżultat ta’ draw.

Ir-riżultati tal-konfronti tal-passat huma:

4/3/1998 Juventus-Dynamo Kiev 1-1

18/3/1998 Dynamo Kiev-Juventus 1-4

24/9/2002 Juventus-Dynamo Kiev 5-0

13/11/2002 Dynamo Kiev-Juventus 1-2

20/10/2020 Dynamo Kiev-Juventus 0-2

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (30 ta’ Novembru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-30 ta’ Novembru 2020.

Bħal-lum fil-passat (30 ta’ Novembru)

Qabża lura għas-sena 1952 meta proprju bħal-lum Juventus kienu ġew miżmuma fi draw ta’ 2-2 barra minn darhom kontra Spal.

Khedira jiċħad li offrewlu li jxolji l-kuntratt ma’ Juventus

Sami Khedira ta intervista lil Zdf fejn fost l-oħrajn tkellem dwar Pirlo u Juventus: “Irrid nilgħab, imma s-sitwazzjoni attwali ma tippidenix minn Pirlo. M’jien irrabjat għal ħadd. Kelli ħafna konfronti miegħu u nirrispettah. Nifhem li jrid jpoġġi fil-prattika l-mod tiegħu ta’ logħob. Naħseb li jekk ma tkunx tista’ tagħti sehmek fil-partita, trid tagħtih fit-training u barra l-grawnd. Meta nitlaq, irrid li Juventus u s-supporters jiftakru fija bħala plejer kbir.” Khedira tenna l-istima tiegħu fil-konfront ta’ Mourinho u Ancelotti, filwaqt li ċaħad li qatt waslitlu proposta biex ixolji l-kuntratt ma’ Juventus.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (29 ta’ Novembru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum id-29 ta’ Novembru 2020.

Ma nużax it-tranżizzjoni bħala skuża

Drajna issa li wara kull riżultat diżappuntanti naqraw il-frażi “Din hi sena ta’ tranżizzjoni”. Onestament ma nafx min ivvinta dal-kunċett li din hi sena ta’ tranżizzjoni. Sa fejn naf jien Agnelli, Paratici u Pirlo dejjem stqarrew li Juventus qed jimmiraw li jirbħu l-għaxar kampjonat konsekuttiv u jippruvaw jiġġieldu għaċ-Champions League. Ħadd minnhom qatt ma semma li din hi sena ta’ tranżizzjoni. U fil-verità kif tista’ titkellem fuq sena ta’ tranżizzjoni meta għandek l-aqwa plejer tad-dinja fit-tim? Kif tista’ titkellem fuq sena ta’ tranżizzjoni meta tixtri plejers bħal Morata, Chiesa, Kulusevski u Arthur minkejja l-kriżi finazjarja li laqtet lid-dinja kollha? Kif tista’ titkellem dwar sena ta’ tranżizzjoni meta jkollok stilel fit-tim tal-kalibru ta’ Dybala u De Ligt?

Fil-fehma tiegħi din tas-sena ta’ tranżizzjoni qed issir skuża tajba biex ngħattu l-problemi reali tat-tim. Juventus għandhom kollox biex jirbħu anki dis-sena, jew għallinqas għandhom kollox biex jiġġieldu għar-rebħ tal-kampjonat. Li tara lil Juventus jiġu draw ma’ Crotone jew Benevento, b’wirjiet fqar, b’tim bla ideat, bi plejers li jingħataw il-vaganzi, u nistgħu nibgħu nsemmu hekk, m’għandha xejn x’taqsam ma’ sena ta’ tranżizzjoni. Dan kollu li nassistu għalih hu frott ta’ tmexxija ħażin minn Pirlo. Li kieku għad hemm Sarri minfloku, kieku kulħadd qed jgħajru. Lil Pirlo qed niskużawh għax tana ħafna bħala plejer. Onestament, imma, bħala kowċ s’issa mhux qed ikun tajjeb. Kull logħba qed naraw tim differenti. Wara xahrejn-tlieta għadna lanqas biss nafu x’għandu f’rasu għal dat-tim. Fl-intervisti jgħid ħafna kliem sabiħ, imma fil-grawnd rari konna vera tajbin. Li hu preokkupanti mhuwiex tant li tiġi draw ma’ Crotone jew Benevento, agħar minn hekk hemm il-fatt li fiż-żewġ partiti ma kienx ħaqqna nirbħu u lanqas biss ippruvajna nirbħu.

Naħseb li kulma jmur hu dejjem iktar evidenti li ma jistax ikun li nibqgħu sejrin hekk. L-għażla ta’ Pirlo kienet riskjuża  wisq. Nerġa’ ngħid dak li ktibt fis-sajf: Guardiola u Zidane mexxew lil Barcellona B u Real Madrid B qabel ħadu f’idejhom l-ewwel tim. Pirlo kellu jagħmel l-istess u fil-verità Juventus hekk kellhom fil-pjan li jagħmlu. Biss imbagħad riedu jeħilsu minn Sarri u jsibu kowċ low cost, u allura bidlu l-pjanijiet tagħhom. Jiddispjaċini ngħid, imma din mhi qatt se tkun sena ta’ tranżizzjoni għax m’aħna nibnu xejn. Għandi dubji kbar kemm Pirlo se jtemm l-istaġun jekk il-wirjiet u r-riżultati se jibqgħu dawn. U anki jekk itemm l-istaġun, jekk ma jirbaħ xejn żgur li mhux se jkun ikkonfermat (finalment Allegri u Sarri tkeċċew għax rebħu ‘biss’ il-kampjonat!).

Nagħlaq b’awgurju li jkun hemm żvolta fit-tim. Nawgura li Pirlo u l-istaff tiegħu jagħrfu jsolvu darba għal dejjem il-problemi tat-tim. Jalla Pirlo jagħlqilna ħalqna u jagħtina risposta. Jalla nibdew nieħu pjaċir naraw lit-tim tagħna jilgħab. Jalla naraw tim li jilgħab bil-qalb. Ma tistax tirbaħ dejjem, veru, imma għandek dejjem tipprova tirbaħ!

Matthew Scerri

Bħal-lum fil-passat (29 ta’ Novembru)

Ħarsa lura lejn partita taċ-Champions League tal-2001. Dakinhar Juventus kienu laqgħu f’darhom lil Bayer Leverkusen u kisbu rebħa kbira bl-iskor ta’ 4-0. Il-gowls waslu minn Trezeguet (2), Del Piero u Tudor.