Morata mkeċċi fi tmiem il-partita. Se jitlef id-Derby

Alvaro Morata qala’ karta ħamra wara li spiċċat il-partita. Hu deher nervuż ferm u baqa’ jipprotesta mar-referee għax skontu kien hemm penalty. Il-protesti tiegħu wasslu biex ir-referee jurih il-karta ħamra u għaldaqstant se jkun sospiż għad-Derby tas-Sibt.

Matthew Scerri

S’issa skurjaw biss ħames plejers Juventini fis-Serie A

Dis-sena l-gowls kollha ta’ Juventus fis-Serie A ġew skurjati kollha minn ħames plejers differenti (Ronaldo, Morata, Kulusevski, Rabiot u Bonucci). It-timijiet l-oħra tas-Serie A kellhom iktar plejers minn Juventus li sabu x-xibka dis-sena. It-tim jidher li hu dipendenti fuq Ronaldo u Morata, filwaqt li Dybala għadu ma ġiex f’tiegħu. Plejers oħra li swew il-flus, bħal Chiesa, qed jilagħbu tajjeb imma s’issa għandhom ma skujrawx. Hu ovvju li tim kbir bl-ambizzjoni li jirbaħ il-kampjonat irid ikollu l-kontribut ta’ gowls minn ħafna iktar plejers.

Matthew Scerri

Benevento-Juventus bir-ritratti

Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Benevento-Juventus. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus. 

Sors: Juventus.com

Pirlo: “Irridu nkomplu naħdmu”

https://www.youtube.com/watch?v=0vDFGeMkbsU

Benevento-Juventus 1-1

Logħba diżappuntanti għal Juventus minn taħt kull aspett, kemm mil-lat ta’ riżultat kif ukoll minn dak tal-wirja. It-tim ta’ Pirlo beda tajjeb u fl-ewwel taqsima kellu l-kontroll tal-partita, biss wara l-gowl ta’ Morata ma għarafx jagħlaq il-partita (żball li ilna snin nagħmlu!). Benevento kisbu d-draw b’xutt mill-isbaħ fi tmiem l-ewwel taqsima u minn dak il-punt ‘il quddiem bilkemm rajna reazzjoni min-naħa ta’ Juventus. Issa li għaddew ftit tal-partiti sew tajjeb li ngħidu li qed inkunu inkonsistenti wisq fir-riżultati u fil-wirjiet. Qed inwaqqħu wisq punti kontra timijiet żgħar. Pirlo qed jibdel it-tim kull partita qisna għadna fil-fażi tal-esperimenti. Spiss qed naraw nuqqas ta’ ħeġġa u grinta mill-plejers fil-grawnd. Qed naqilgħu wisq gowls, prattikament kontra kulħadd. Logħbiet bħal dawk tal-lum ma tantx jimlulek qalbek li dat-tim jista’ jkompli jirbaħ. Fl-istess ħin fl-aħħar ġimgħat kellna xi wirjiet tajbin ferm li donnhom jagħtuna tama ta’ rebħ. Nisperaw li Pirlo u l-istaff tiegħu jagħrfu jsolvu l-problemi tat-tim darba għal dejjem u malajr kemm jista’ jkun.

BENEVENTO-JUVENTUS 1-1

Skurjaw: Morata (J), Letizia (B)

Benevento (4-3-2-1): Montipò; Letizia, Glik, Caldirola (Maggio – Insigne), Barba; Hetemaj, Schiattarella, Improta; Ionita (Tello), Caprari (Tuia); Lapadula (Sau). Kowċ: Inzaghi.

Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, De Ligt, Danilo, Frabotta; Chiesa (Bernardeschi), Arthur (Bentancur), Rabiot, Ramsey (Kulusevski); Dybala, Morata.Kowċ: Pirlo.

Referee: Pasqua.

Karti sofor: Maggio (B), Cuadrado (J), Schiattarella (B), Barba (B), Improta (B), Insigne (B)

Karta ħamra: Morata (J)

Matthew Scerri 

Paratici: “Aħna trankwilli dwar Dybala”

“Ninsabu trankwilli dwar Dybala, kif konna s-sena li għaddiet, biex nagħti eżempju, b’De Ligt meta kulħadd jew kważi kien jikkritikah fil-bidu. Fl-istess ħin u bl-istess mod ninsabu trankwilli dwar Dybala. Nafu xi plejer hu, x’persuna hu, bniedem serju, eżiġenti ħafna miegħu nnifsu, u allura dis-sena, bħas-snin l-oħra, se jagħtina daqqa t’id kbira u jiswina ta’ għajnuna kbira. Se jkun plejer deċiżiv kif dejjem kien.” Hekk tkellem Paratici dwar Dybala ftit tal-minuti qabel Benevento-Juventus.

Matthew Scerri