L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (27 ta’ Novembru 2020)
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-27 ta’ Novembru 2020.




Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-27 ta’ Novembru 2020.




Is-Sibt 28 ta’ Novembru 2020, 3.00 p.m.
Sassuolo-Inter: Irrati
Is-Sibt 28 ta’ Novembru 2020, 6.00 p.m.
Benevento-Juventus: Pasqua
Is-Sibt 28 ta’ Novembru 2020, 8.45 p.m.
Atalanta-Verona: Massa
Il-Ħadd 29 ta’ Novembru 2020, 12.30 p.m.
Lazio-Udinese: Aureliano
Il-Ħadd 29 ta’ Novembru 2020, 3.00 p.m.
Bologna-Crotone: Serra
Milan-Fiorentina: Abisso
Cagliari-Spezia: Marini
Il-Ħadd 29 ta’ Novembru 2020, 8.45 p.m.
Napoli-Roma: Di Bello
It-Tnejn 30 ta’ Novembru 2020, 6.30 p.m.
Torino-Sampdoria: Doveri
It-Tnejn 30 ta’ Novembru 2020, 8.45 p.m.
Genoa-Parma: Mariani
Matthew Scerri
Wara l-kliem ta’ tifħir li Khedira kellu għal Ancelotti, jidher li issa verament Everton huma interessati li jiksbu lill-midfielder Ġermaniż. Everton jemmnu li l-esperjenza ta’ Khedira jaf tkun determinanti għall-ambizzjoni tagħhom li jidħlu fiċ-Champions League s-sena d-dieħla. Juventus, min-naħa tagħhom, lesti jħalluh jitlaq b’xejn u probabbli li Khedira mhux se jkun qed jitlob somma flus lil Juventus biex itemm il-kuntratt sitt xhur qabel iż-żmien.
Matthew Scerri
Juan Cuadrado ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Juventus u Ferencvaros. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 33% tal-voti, segwit minn Morata b’30% tal-voti, filwaqt li fit-tielet post insibu lil Arthur b’13% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem.
Matthew Scerri
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-26 ta’ Novembru 2020.




Illum qed niċċelebraw anniversarju importanti ferm: fis-26 ta’ Novembru 1996 Juventus kienu għelbu lil River Plate fil-Finali tat-Tazza Interkontinentali u saru champions tad-dinja għat-tieni darba fl-istorja tagħhom.
Mill-Arġentina waslet l-aħbar tal-mewt tal-plejer leġġendarju Diego Armando Maradona. Ftit tal-jiem ilu hu għalaq sittin sena u saritlu operazzjoni delikata f’moħħu. Qed ikun irrapurtat li hu ħalla did-dinja wara li nqalgħu xi kumplikazzjonijiet kardjorespiratorji.
Strieħ fis-Sliem, Leġġenda!
Tħabbret il-lista ta’ plejers nominati f’kull kategorija tal-premijiet li jġibu l-isem ta’ The Best Fifa Football Awards 2020. Juventus huma rappreżentati minn Ronaldo u l-kowċ ta’ Juventus Women, Rita Guarino.
L-Aqwa Plejer Mara
Lucy Bronze (Ingilterra – O.Lyon/Manchester City), Delphine Cascarino (Franza- O.Lyon), Caroline Graham Hansen (Norveġja – Barcellona), Pernille Harder (Danimarka -Wolfsburg – Chelsea Women), Jennifer Hermoso (Spanja -Barcellona), Ji So-yun (Korea t’Isfel – Chelsea Women), Sam Kerr (Awstralja – Chelsea Women), Saki Kumagai (Ġappun –O.Lyon), Dzsenifer Marozsan (Ġermanja – O.Lyon), Vivianne Miedema (Olanda – Arsenal), Wendie Renard (Franza – O.Lyon).
L-Aqwa Plejer Raġel
Thiago Alcantara (Spanja – Bayern Munivh -Liverpool), Cristiano Ronaldo (Portugall – Juventus), Kevin de Bruyne (Belġju – Manchester City), Robert Lewandowski (Polonja – Bayern Munich), Sadio Mané (Senegal – Liverpool), Kylian Mbappé (Franza – Paris Saint Germain), Lionel Messi (Arġentina – Barcellona), Neymar (Brażil – Paris Saint Germain), Sergio Ramos (Spanja – Real Madrid), Mohamed Salah (Eġitto – Liverpool), Virgil van Dijk (Olanda – Liverpool).
L-Aqwa Gowler Mara
Ann-Katrin Berger (Ġermanja – Chelsea Women), Sarah Bouhaddi (Francia – O.Lyon), Christiane Endler (Ċili – Paris Saint Germain), Hedvig Lindahl (Żvezja – VfL Wolfsburg – Atletico Madrid) Alyssa Naeher (Usa – Chicago Red Stars), Ellie Roebuck (Ingilterra – Manchester City).
L-Aqwa Gowler Raġel
Alisson Becker (Brażil – Liverpool), Thibaut Courtois (Belġju – Real Madrid), Keylor Navas (Costa Rica – Paris Saint Germain), Manuel Neuer (Ġermanja – Bayern Munich), Jan Oblak (Slovenja – Atletico Madrid), Marc-André ter Stegen (Ġermania – Barcellona)
L-Aqwa Kowċ Mara
Lluis Cortes (Spanja – Barcellona), Rita Guarino (Italja – Juventus Women), Emma Hayes (Ingilterra – Chelsea Women), Stephan Lerch (Ġermanja – Wolfsburg), Hege Riise (Norveġja – Kvinner), Jean-Luc Vasseur (Franza – O.Lyon), Sarina Wiegman (Olanda – Tim nazzjonali).
L-Aqwa Kowċ Raġel
Marcelo Bielsa (Arġentina – Leeds), Hans-Dieter Flick (Ġermanja – Bayern Munich), Jurgen Klopp (Ġermanja – Liverpool), Julen Lopetegui (Spanja – Sevilla), Zinedine Zidane (Franza – Real Madrid).
Premju Fifa Puskas għall-isbaħ gowl
Shirley Cruz (Crc), Giorgian De Arrascaeta (Uru), Jordan Flores (Eng), André Pierre Gignac (Fra), Sophie Ingle (Wal), Zlatko Junuzovic (Aut), Hlompho Kekana (Rsa), Son Heung-min (Kor), Leonel Quinonez (Ecu), Luis Suarez (Uru), Caroline Weir (Sco).
Matthew Scerri
Qed ikun irrapurtat li l-esperta mqabbda mill-Procura ta’ Avellino għaddiet ir-rapport dwar l-iswab tests tal-plejers, staff u membri tal-familja tal-plejers ta’ Lazio. L-iswab tests reġgħu ġew ipproċessati mill-isptar Moscati ta’ Avellino. Minn 95 swab test irriżulta li kien hemm 25 każ ta’ pożittività għall-Covid-19. Fis-6 ta’ Novembru li għadda mill-istess swab tests ipproċessati mil-laboratorju Futura Diagnostica, kien irriżulta li kien hemm 7 każi biss pożittivi. Hemm diskrepanza ta’ 18-il każ. Qed ikun ikkonfermat ukoll li qabel il-partita kontra Juventus, Immobile u Leiva kienu negattivi, filwaqt li Strakosha kien pożittiv (għal Futura Diagnostica però il-gowler kien negattiv ukoll!).
Matthew Scerri