Il-plejers Juventini mgħajta għall-partita kontra Ferencvaros

Il-plejers mgħajta minn Pirlo għall-partita kontra Ferencvaros huma:

Gowlers: Szczesny, Pinsoglio, Israel.

Difensuri: De Ligt, Alex Sandro, Danilo, Cuadrado, Dragusin, Frabotta.

Plejers ta’ nofs il-grawnd: Arthur, Ramsey, McKennie, Chiesa, Rabiot, Bentancur, Bernardeschi, Portanova, Kulusevski.

Attakkanti: Ronaldo, Morata, Dybala.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (24 ta’ Novembru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-24 ta’ Novembru 2020.

Kif x’aktarx se jilagħbu Juventus u Ferencvaros

Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, Danilo, De Ligt, Alex Sandro; Kulusevski, Arthur, Bentancur, Bernardeschi; Ronaldo, Dybala.

Ferencvaros (4-2-3-1): Dibusz; Lovrencsics, Blazic, Botka, Heister; Somalia, Kharatin; Uzuni, Isael, Nguen; Boli.

Sors: Sportmediaset

Arthur hu l-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Cagliari

Arthur ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Juventus u Cagliari. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 41% tal-voti, segwit minn Ronaldo b’38% tal-voti, filwaqt li fit-tielet post insibu lil Bernardeschi b’13% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem.

Matthew Scerri

Injury muskolari għal Demiral

Merih Demiral sofra injury muskolari u se jkollu jibqa’ barra għal madwar għaxart ijiem. Bħalissa Pirlo fadallu biss żewġ difensuri ċentrali (De Ligt u Danilo) hekk kif Bonucci u Chiellini huma barra mill-azzjoni b’injuries huma wkoll.

Matthew Scerri

Id-difiża 3D ġdida ta’ Juventus

L-epoka tal-BBBC tidher li riesqa b’pass mgħaġġel lejn tmiemhom. Wara li rtira Barzagli, kollox jindika li din se tkun l-aħħar sena għal Chiellini. Bonucci wkoll qed jikber u naqqas ħafna fil-wirjiet tiegħu. Nhar is-Sibt kontra Cagliari kellna għall-ewwel darba wara snin, difiża ġdida. Difiża 3D qed tissejjaħ għax magħmula minn Danilo, De Ligt u Demiral. Il-proċess ta’ tiġdid tad-difiża qed iħalli r-riżultati mixtieqa. De Ligt hu mingħajr dubju wieħed mill-aqwa difensuri tad-dinja. Demiral ukoll hu blata fuq wara għalkemm irid jitgħallem joqgħod attent li jaqla’ inqas karti sofor u ħomor. Danilo, imbagħadm, qed ikollu staġun mill-aqwa wara li fis-sena li għaddiet ddeluda f’diversi okkażjonijiet. Illum, iktar min qatt qabel, Juventus jistgħu jserrħu rashom li kapaċi jgħaddu mingħajr il-BBBC!

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (23 ta’ Novembru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-23 ta’ Novembru 2020.

Bħal-lum fil-passat (23 ta’ Novembru)

Fil-filmat li qed inwasslulkom illum tistgħu taraw il-hattrick ta’ Vivolo li permezz tiegħu Juventus għelbu lil Sampdoria fl-1952.