Messaġġ enigmatiku min-naħa ta’ Suarez

Messaġġ tassew enigmatiku min-naħa ta’ Luis Suarez u f’waħda mill-istories tiegħu fuq Instagram tella’ ritratt tiegħu bil-caption li tgħid bejn wieħed u ieħor: “Nidħak waqt li ħerġin Fake News.” Ma nafux eżattament għal xiex qed jirreferi. Jista’ jkun li rrefera għall-għidut li jridu qrib li jingħaqad ma’ Juventus? Jew inkella jista’ jkun li qed jirreferi għall-aħbar ta’ ftit jiem ilu li Koeman ma riedx iħallih jittrenja mal-bqija tal-grupp? Jew forsi qed jirreferi għal dak il-filmat tiegħu waqt it-training fejn ma kienx brillanti? Jew forsi hemm riferiment għal xi ħaġa ohra? Ħadd ma jaf xejn.

Matthew Scerri

Morata ma’ Juventus possibbli biss jekk …

Alvaro Morata kemm-il darba ssemma ma’ Juventus fl-aħħar jiem. Atletico Madrid, però, ma jridux ibigħuh. Tajjeb ngħidu li l-Ispanjoli investew 60 miljun biex xtrawh u għaldaqstant mhux se jitilquh minn idejhom għal inqas minn hekk. L-unika tama għal Juventus li jixtru lil Morata hi li Atletico Madrid jaċċettaw bdil ma’ Douglas Costa jew Bernardeschi. F’dan l-istadju hu ovvju li Juventus ma jistgħux jonfqu 60 miljun, biss jekk Atletico jieħdu lil Costa jew lil Bernardeschi, il-Bianconeri jkun fadlilhom biss somma żgħira x’joħorġu biex tagħmel tajjeb għad-differenza fil-valur tal-plejers.

Matthew Scerri

M’hemmx bejgħ u s-suq tat-trasferimenti Juventin jibqa’ stagnat

Għat-tieni sajf konsekuttiv Juventus qed isibuha tassew bi tqila biex jbigħu plejers mit-tim tagħhom. Ilna nisimgħu li Paratici qed jipprova jsib timijiet li jixtru lil De Sciglio, Ramsey, Douglas Costa, Alex Sandro u oħrajn. S’issa, però, xejn għadu ma seħħ u probabbli li ma tantx se jiġrui wisq fil-ġimgħat li ġejjin. Il-problema tibqa’ bħal dejjem il-prezz li għandhom dawn il-plejers, il-pagi tagħhom u l-ammont ta’ injuries li jsofru kull sena. Dawn kollha huma fatturi li qed iwasslu biex timijiet oħra jibżgħu jixtru jew jiksbu bi tpartit lil xi wieħed mill-plejers imsemmija. Minn qalbna nittamaw li Paratici jirnexxilu jbigħ lil xi ħadd għax inkella, b’xorti ħażin, is-suq tat-trasferimenti ta’ Juventus se jibqa’ stagnat.

Matthew Scerri

Bernardeschi fil-mira ta’ Roma

Federico Bernardeschi jinsab mill-ġdid fil-mira ta’ Roma. Nafu li l-klabb tal-kapitali qed jipprova jbigħ lil Dzeko u lil Under. Barra minn hekk għadhom kemm tilfu lil Zaniolo għal sitt xhur. Skont La Repubblica, Roma qed jikkunsidraw li jressqu offerta għal Bernardeschi peress li hu plejer li kapaċi jilgħab bħal midfielder jew attakkant estern.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (9 ta’ Settembru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum id-9 ta’ Settembru 2020.

Ronaldo jiċċelebra fuq Instagram il-101 gowl mat-tim nazzjonali tal-Portugall

Borussia Dortmund ukoll iridu lil Kean

Tiżdied il-konkorrenza għall-akkwist ta’ Moise Kean. Jidher fil-fatt li anki Borussia Dortmund jinsabu interessati li jiksbuh. Min-naħa tiegħu, Kean x’aktarx qed jagħti l-ewwel preferenza tiegħu lil Juventus. S’issa, però, Juventus għadhom a sabux ftehim ma’ Everton wara li l-Ingliżi rrifjutaw tpartit ma’ Ramsey. F’dan l-istadju t-taħdidiet bejn Juventus u Everton huma fuq il-bażi ta’ self bl-obbigu li jinxtara għal kollox sena jew sentejn oħra.

Matthew Scerri

Ronaldo qabeż il-100 gowl mat-tim nazzjonali

Cristiano Ronaldo hu t-tieni plejer fl-istorja li skurja iktar minn 100 gowl mat-tim nazzjonali ta’ pajjiżu. Id-doppjetta li skurja kontra l-Iżvezja ssarfet fil-gowls numru 100 u 101 għalih mal-Portugall. Issa jinsab biss 8 gowls ‘il bogħod mir-rekord ta’ Ali Daei li hu l-iktar plejer li qatt skurja f’partiti tat-timijiet nazzjonali.

Matthew Scerri

Depay se jieħu post Suarez ma’ Barcellona

Barcellona identifikaw f’Memphis Depay is-sostitut ta’ Suarez. Nafu li l-attakkant Urugwajan jinsab qrib li jingħaqad ma’ Juventus jew Atletico Madrid f’każ li l-passaport jilħaq ma joħroġx. Minflok Suarez, Koeman talab l-akkwist ta’ Depay. F’das-sens qed jissemma li Barcellona offrew 25 miljun Ewro flimkien ma’ Umtiti għal Depay.

Matthew Scerri

Rugani mistenni jibqa’ ma’ Juventus

Daniele Rugani finalment jaf ma jitlaqx lil Juventus. Skont Tuttojuve.com, diversi klabbs urew interess fih. Min-naħa tagħhom, Juventus ma jidhrux disposti jitilquh minn idejhom sakemm ma tasalx offerta tajba ta’ bejn 25 u 30 miljun Ewro.

Matthew Scerri