Ronaldo għadu pożittiv għall-Covid-19?

S’issa għadna ma nafux uffiċjalment x’kien ir-riżultat tal-iswab test ta’ Ronaldo li sar ilbieraħ. Fil-Portugall qed jiktbu li Ronaldo għadu pożittiv, liema aħbar ingħatat anki minn Di Marzio. Suppost għada se jsirlu swab test ieħor u jekk jagħti riżultat negattiv, Ronaldo jkun jista’ jtemm il-kwarantina tiegħu peress li jkunu għaddew l-għaxart ijiem li bil-liġi persuna marida bil-Covid trid tagħmel fl-Italja. Ovvjament jekk ikun għadu pożittiv, dir-regola ma tapplikax u l-kwarantina jkollha tibqa’ għaddejja sakemm ifieq.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (22 ta’ Ottubru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-22 ta’ Ottubru 2020.

Bħal-lum fil-passat (22 ta’ Ottubru)

Nestor Combin bħal-lum fl-1967 kien l-eroj ta’ Juventus bi tripletta fid-Derby. L-iskor finali tal-partita kien ta’ 4-0 favur il-Bianconeri.

Xejn gravi għal Chiellini

Giorgio Chiellini m’għandu xejn gravi u mit-testijiet li sarulu llum ma rriżulta xejn li qed iħasseb partikolarment lit-tobba ta’ Juventus. Hu se jkun segwit mit-tobba ta’ Juventus biex jifhmu meta se jkun jista’ jirritorna għat-training normali. Fl-istqarrija ta’ Juventus ma hemm ebda indikazzjoni dwar kemm se jdum barra, biss xi siti qed jirrapurtaw li se jibqa’ wieqaf għal madwar għaxart ijiem.

Matthew Scerri

Sarri u Allegri daqt mistennija jkunu qed jikkowċjaw mill-ġdid

Sarri u Allegri, l-aħħar żewġ kowċis li rebħu s-Serie A ma’ Juventus, daqt mistennija jwaqqfu l-perjodu sabbatiku tagħhom biex jieħu f’idejhom it-tmexxija ta’ tim ġdid. Nafu li Sarri jinsab f’negozjati ma’ Juventus biex ixolji l-kuntratt tiegħu u wara x’aktarx se jkun qed jieħu post Iachini ma’ Fiorentina. Allegri mill-banda l-oħra qed jerġa’ jissemma’ ma’ PSG speċjalment wara li lbieraħ tilfu kontra Manchester United.

Matthew Scerri

Pique se jitlef Juventus-Barcellona

Pique se jitlef il-partita Juventus-Barcellona wara li tkeċċa fil-partita kontra Fernecvaros. Hu se jkun sospiż u allura mhux se jkun jista’ jilgħab bħal-lum ġimgħa fl-Allianz Stadium.

Matthew Scerri

Illum inkunu nafu jekk Ronaldo hux se jkun jista’ jilgħab kontra Barcellona

Illum hi ġurnata importanti biex inkunu nafu jekk Ronaldo fieqx mill-Covid-19 u fl-istess ħin insiru nafu jekk huwiex se jkun jista’ jilgħab kontra Barcellona bħal-lum ġimgħa. Fil-fatt illum se jsirlu swab test ieħor. Infakkru li skont il-protokoll tal-Uefa, plejer ikun jista’ jilgħab fil-kompetizzjonijiet Ewropej jekk ikun ilu ġimgħa negattiv għall-virus.

Matthew Scerri

Il-kummenti ‘social’ tal-plejers Juventini wara r-rebħa fuq Dynamo Kiev

https://www.instagram.com/p/CGk9-BrDNlp/?utm_source=ig_web_copy_link
https://www.instagram.com/p/CGk6spKJ0oG/?utm_source=ig_web_copy_link
https://www.instagram.com/p/CGk-kK7gVnW/?utm_source=ig_web_copy_link
https://www.instagram.com/p/CGk7hzsgA4L/?utm_source=ig_web_copy_link
https://www.instagram.com/p/CGk5kiOnZuh/?utm_source=ig_web_copy_link
https://www.instagram.com/p/CGk_ARhD1Sz/?utm_source=ig_web_copy_link
https://www.instagram.com/p/CGk6zBbi2RR/?utm_source=ig_web_copy_link
https://www.instagram.com/p/CGk9DQZKIWw/?utm_source=ig_web_copy_link
https://www.instagram.com/p/CGlFf9dDsRz/?utm_source=ig_web_copy_link
https://www.instagram.com/p/CGk5Pq8nAjM/?utm_source=ig_web_copy_link
https://www.instagram.com/p/CGlBAZIDx5d/?utm_source=ig_web_copy_link
https://www.instagram.com/p/CGk8Heup1rP/?utm_source=ig_web_copy_link
https://www.instagram.com/p/CGlCVBPhyfk/?utm_source=ig_web_copy_link
https://www.instagram.com/p/CGlCXmpHotn/?utm_source=ig_web_copy_link