Olivieri se jkun misluf lil Empoli

Gianluca Di Marzio ta l-aħbar li Empoli laħqu ftehim ma’ Juventus biex jiksbu b’self lil Olivieri. L-attakkant ta’ 21 sena, li kellu wirjiet tajba fl-aħħar partiti tal-era Sarri, se jkun qed jibda esperjenza ġdida fejn se jkun jista’ jilgħab regolari u jikseb l-esperjenza meħtieġa biex xi darba jkun jista’ jirritorna ma’ Juventus. Il-ftehim ma’ Empoli hu biss fuq bażi ta’ self mingħajr ebda dritt jew obbligu għal Empoli li jixtruh għal kollox.

Matthew Scerri

Suarez diġà tkellem ma’ Chiellini u Bentancur

Allegatament fl-aħħar jumejn Luis Suarez għamel xi telefonati lil plejers ta’ Juventus. Skont La Gazzetta dello Sport, l-ewwel telefonata saret lil Chiellini li kien vittma ta’ gidma min-naħa ta’ Suarez fit-Tazza tad-Dinja tal-2014. Tajjeb ngħidu li t-tnejn li huma kienu diġà ċċaraw dak l-episodju bejniethom jumejn wara l-gidma. Issa Suarez ried ikun ċert li Chiellini kien nesa l-episodju u li m’għandux problemi li jkunu fl-istess tim. It-tieni telefonata li allegatament saret, did-darba skont IlBianconero.com, rat lil Suarez jitkellem ma’ Bentancur. It-tnejn li huma jilagħbu flimkien fit-tim nazzjonali u jidher li Suarez xtaqt isir jaf ‘minn ġewwa’ lit-tim Juventin.

Matthew Scerri

Filmat: Messaġġ minn Arthur mill-Allianz Stadium

https://www.facebook.com/Juventus/posts/4014012538625945

Injury għal Ronaldo

Cristiano Ronaldo jaf ikollu jitlef il-partita tal-Portugall kontra l-Kroazja. Hu mhux qed jittrenja minħabba infezzjoni f’suba’ ta’ saqajh. S’issa m’hemmx rapporti li għandu injury gravi, biss ma ninsewx li s-Serie A se tibda ħmistax oħra u Juventus diġà għandhom barra lil Dybala.

Matthew Scerri

Dejjem iktar probabbli s-self ta’ Romero ma’ Atalanta

Juventus u Atalanta resqin lejn ftehim għat-trasferiment ta’ Romero mat-tim ta’ Gasperini. Il-partijiet jidhru li qed jaqblu li Romero jkun misluf lil Atalanta, bil-klabb minn Bergamo jkollu l-obbligu li jixtrih għal kollox aktar ‘il quddiem għal valur komplessiv ta’ 25 miljun.

Matthew Scerri

Suarez għad m’għandux passaport Taljan

Skont La Gazzetta dello Sport, Luis Suarez għad m’għandux passaport Taljan jew iċ-ċittadinanza Spanjola. Hu qatt ma applika għalihom minkejja li kellu kull dritt. Fil-fatt hu intitolatat għal passaport Taljan peress li martu Sofia hi ċittadina Taljana u għandhom tlett itfal. Barra minn hekk jista’ anki jikseb iċ-ċittadinanza Spanjola peress li ħadem għal sentejn fi Spanja. Il-gazzetta r-roża qed tirraporta li dil-kwisjtoni mhux se twaqqaf eventwalment it-trasferiment ta’ Suarez ma’ Juventus. Dan l-għaliex Suarez jista’ jitlob passaport Taljan jew iċ-ċittadinanza Spanjola u f’temp ta’ ftit jiem suppost jirċievi d-dokumenti meħtieġa.

Matthew Scerri

Aħbarijiet xejn sbieħ mill-aġent ta’ Locatelli

Sportitalia ħadu kumment mingħand l-aġent ta’ Locatelli, Stefano Castelnovo. Hu stqarr: “Fl-Italja bħalissa ħadd m’għandu l-flus biex jixtrih.” Din hi konferma li Sassuolo verament qed jitolbu prezz għoli ħafna għal Locatelli (dan l-aħħar issemmiet is-somma ta’ 40 miljun).

Matthew Scerri

Juventus lesti jagħtu kumpens lil Barcellona għal Suarez

Luis Suarez jidher li jinsab tassew qrib li jsir plejer ta’ Juventus. Sky taw l-aħbar li, wara li nstab ftehim mal-plejer innifsu, Juventus qabbdu lill-aġent tiegħu jgħarraf lil Barcellona li lesti jħallsu somma żgħira bħala kumpens lill-klabb Spanjol. Il-kumpens se jkun f’forma ta’ bonuses li jitħallsu fis-sajf 2021 skont ir-riżultati miksuba mit-tim u l-wirjiet ta’ Suarez innifsu.

Matthew Scerri

Filmat: Gaetano Scirea

Il-programm sħiħ tal-logħob tas-Serie A 2020-21

L-1 Ġurnata (20 ta’ Settembru 2020 – 31 ta’ Jannar 2021)

Benevento-Inter
Fiorentina-Torino
Genoa-Crotone
Juventus-Sampdoria
Lazio-Atalanta
Milan-Bologna
Parma-Napoli
Sassuolo-Cagliari
Udinese-Spezia
Verona-Roma

It-2 Ġurnata (27 ta’ Settembru 2020 – 7 ta’ Frar 2021)

Bologna-Parma
Cagliari-Lazio
Crotone-Milan
Inter-Fiorentina
Napoli-Genova
Roma-Juventus
Sampdoria-Benevento
Spezia-Sassuolo
Torino-Atalanta
Verona-Udinese

It-3 Ġurnata (4 ta’ Ottubru 2020 – 14 ta’ Frar 2021)
Atalanta-Cagliari
Benevento-Bologna
Fiorentina-Sampdoria
Genova-Torino
Juventus-Napoli
Lazio-Inter
Milan-Spezia
Parma-Verona
Sassuolo-Crotone
Udinese-Roma

Ir-4 Ġurnata (18 ta’ Ottubru 2020 – 21 ta’ Frar 2021)
Bologna-Sassuolo
Crotone-Juventus
Inter-Milan
Napoli-Atalanta
Roma-Benevento
Sampdoria-Lazio
Spezia-Fiorentina
Torino-Cagliari
Udinese-Parma
Verona-Genoa

Il-5 Ġurnata (25 ta’ Ottubru 2020 – 28 ta’ Frar 2021)
Atalanta-Sampdoria
Benevento-Napoli
Cagliari-Crotone
Fiorentina-Udinese
Genoa-Inter
Juventus-Verona
Lazio-Bologna
Milan-Roma
Parma-Spezia
Sassuolo-Torino

Is-6 Ġurnata (1 ta’ Novembru 2020 – 3 ta’ Marzu 2021)
Bologna-Cagliari
Crotone-Atalanta
Inter-Parma
Napoli-Sassuolo
Roma-Fiorentina
Sampdoria-Genoa
Spezia-Juventus
Torino-Lazio
Udinese-Milan
Verona-Benevento

Is-7 Ġurnata (8 ta’ Novembru 2020 – 7 ta’ Marzu 2021)
Atalanta-Inter
Benevento-Spezia
Bologna-Napoli
Cagliari-Sampdoria
Genoa-Roma
Lazio-Juventus
Milan-Verona
Parma-Fiorentina
Sassuolo-Udinese
Torino-Crotone

It-8 Ġurnata (22 ta’ Novembru 2020 – 14 ta’ Marzu 2021)
Crotone -Lazio
Fiorentina-Benevento
Inter-Torino
Juventus-Cagliari
Napoli-Milan
Roma-Parma
Sampdoria-Bologna
Spezia-Atalanta
Udinese-Genoa
Verona-Sassuolo

Id-9 Ġurnata (29 ta’ Novembru 2020 – 21 ta’ Marzu 2021)
Atalanta-Verona
Benevento-Juventus
Bologna-Crotone
Cagliari-Spezia
Genoa-Parma
Lazio-Udinese
Milan-Fiorentina
Napoli-Roma
Sassuolo-Inter
Torino-Sampdoria

L-10 Ġurnata (6 ta’ Diċembru 2020 – 3 ta’ April 2021)
Crotone-Napoli
Fiorentina-Genoa
Inter-Bologna
Juventus-Torino
Parma-Benevento
Roma-Sassuolo
Sampdoria-Milan
Spezia-Lazio
Udinese-Atalanta
Verona-Cagliari

Il-11-il Ġurnata (13 ta’ Diċembru 2020 – 11 ta’ April 2021)
Atalanta-Fiorentina
Bologna-Roma
Crotone-Spezia
Genoa-Juventus
Lazio-Verona
Milan-Parma
Napoli-Sampdoria
Sassuolo-Benevento
Torino-Udinese

It-12-il Ġurnata (16 ta’ Diċembru 2020 – 18 ta’ April 2021)
Benevento-Lazio
Fiorentina-Sassuolo
Genoa-Milan
Inter-Napoli
Juventus-Atalanta
Parma-Cagliari
Roma-Torino
Spezia-Bologna
Udinese-Crotone
Verona-Sampdoria

It-13-il Ġurnata (20 ta’ Diċembru 2020 – 21 ta’ April 2021)
Atalanta-Roma
Benevento-Genoa
Cagliari-Udinese
Fiorentina-Verona
Inter-Spezia
Lazio-Napoli
Parma-Juventus
Sampdoria-Crotone
Sassuolo-Milan
Torino-Bologna

L-14-il Ġurnata (23 ta’ Diċembru 2020 – 25 ta’ April 2021)
Bologna-Atalanta
Crotone-Parma
Juventus-Fiorentina
Milan-Lazio
Napoli-Torino
Roma-Cagliari
Sampdoria-Sassuolo
Spezia-Genoa
Udinese-Benevento

Il-15-il Ġurnata (3 ta’ Jannar 2021 – 2 ta’ Mejju 2021)

Atalanta-Sassuolo
Benevento-Milan
Cagliari-Napoli
Fiorentina-Bologna
Genoa-Lazio
Inter-Crotone
Juventus-Udinese
Parma-Torino
Roma-Sampdoria
Spezia-Verona

Is-16-il Ġurnata (6 ta’ Jannar 2021 – 9 ta’ Mejju 2021)
Atalanta-Parma
Bologna-Udinese
Cagliari-Benevento
Crotone-Roma
Lazio-Fiorentina
Milan-Juventus
Napoli-Spezia
Sampdoria-Inter
Sassuolo-Genoa
Torino-Verona

Is-17-il Ġurnata (10 ta’ Jannar 2021 – 12 ta’ Mejju 2021)
Benevento-Atalanta
Fiorentina-Cagliari
Genoa-Bologna
Juventus-Sassuolo
Milan-Torino
Parma-Lazio
Roma-Inter
Spezia-Sampdoria
Udinese-Napoli

It-18-il Ġurnata (17 ta’ Jannar 2021 – 16 ta’ Mejju 2021)
Atalanta-Genoa
Bologna-Verona
Cagliari-Milan
Crotone-Benevento
Inter-Juventus
Lazio-Roma
Napoli-Fiorentina
Sampdoria-Udinese
Sassuolo-Parma
Torino-Spezia

Id-19-il Ġurnata (24 ta’ Jannar 2021 – 23 ta’ Mejju 2021)
Benevento-Torino
Fiorentina-Crotone
Genoa-Cagliari
Juventus-Bologna
Lazio-Sassuolo
Milan-Atalanta
Parma-Sampdoria
Roma-Spezia
Udinese-Inter
Verona-Napoli