Higuain: “Se nkun dejjem kuntent għar-rebħiet ta’ Juventus”

Intervistat minn CBS, Gonzalo Higuain stqarr li se jkun dejjem “kuntent għar-rebħiet ta’ Juventus. Għandi ħafna rikordji sbieħ, l-aktar meta rbaħna lil Tottenham jew meta għal ftit ma qlajniex lil Real Madrid. Fl-Ewropa kont tlift il-ħeġġa li nilgħab u issa sibtha lura hawn fl-Amerka. Ridt anki nibqa’ ‘l bogħod mill-pressjoni tal-media.”

Matthew Scerri

Kif x’aktarx se jilagħbu Dynamo Kiev u Juventus

Dynamo Kiev (3-4-1-2): Buschchan; Kedziora, Zabarnyi, Popov; Mykolenko, Sydorchuk, Shaparenko, Tsygabkov; Buyalskyi; De Pena, Supryaga.

Juventus (3-4-1-2): Szczesny; Danilo, Bonucci, Chiellini; Cuadrado, Bentancur, Rabiot, Chiesa; Ramsey; Kulusevski, Morata.

Sors: Sportmediaset

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (20 ta’ Ottubru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-20 ta’ Ottubru 2020.

Bħal-lum fil-passat (20 ta’ Ottubru)

Fl-20 ta’ Ottubru 1996 Juventus lagħbu f’darhom kontra Inter u rebħu bl-iskor ta’ 2-0. Dakinhar Zinedine Zidane kien skorja l-ewwel gowl tiegħu bil-flokk ta’ Juventus.

Dybala jaf ma jibdiex lanqas kontra Dynamo Kiev

Kontra kull pronostiku Paulo Dybala jaf ma jibdiex mill-ewwel minuta lanqas kontra Dynamo Kiev. Sky, fil-fatt, qed jirrapurtaw li waqt it-taħriġ tal-lum, Pirlo pprova koppja tal-attakk Morata-Kulusevski b’Ramsey warajhom. Jekk dan verament iseħħ allura jista’ jkun ifisser biss li: Dybala mhuwiex f’sikktu jew mhuwiex 100% match fit, jew inkella hemm problemi bejn Pirlo u l-Arġentin.

Matthew Scerri

Il-plejers mgħajta għal Dynamo Kiev-Juventus

Il-plejers Juventini mgħajta minn Pirlo għall-partita kontra Dynamo Kiev huma:

GowlersSzczesny, Pinsoglio, Buffon.
Difensuri: Chiellini, Danilo, Cuadrado, Bonucci, Demiral, Frabotta.
Plejers ta’ nofs il-grawndArthur, Ramsey, Chiesa, Rabiot, Bentancur, Bernardeschi, Portanova, Kulusevski.
Attakkanti: Morata, Dybala.

Matthew Scerri

Sarri minflok Iachini bħala kowċ ta’ Fiorentina?

Hu dejjem iktar probabbli li Fiorentina jkeċċu lill-kowċ Giuseppe Iachini wara li l-istaġun tagħhom beda fuq nota pjuttost negattiva. Ilbieaħ Fiorentna kisbu biss draw kontra Spezia u f’dan is-sigħat qed ikun deċiż il-futur ta’ Iachini. Jekk jitkeċċa, Sarri hu l-kandidat numru wieħed li joħodlu postu. Qablexejn, imma, Sarri jkun irid jinħall mill-kuntratt ma’ Juventus u allura hemm ċans tajjeb li Juventus jiffrankaw il-paga li kien se jkollhom jagħtu lil Sarri fis-sentejn li ġejjin.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (19 ta’ Ottubru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum id-19 ta’ Ottubru 2020.