Infetħet inkjesta dwar Juventus-Napoli

L-aġenzija tal-aħbarijiet Ansa tat l-aħbar li l-Procura Federale fetħet inkjest dawr il-każ ta’ Juventus-Napoli. L-inkjesta trid taċċerta jekk Napoli kisrux il-protokoll tal-FIGC wara li nstab l-ewwel plejer pożittiv. Barra minn hekk l-Procura se tkun qed tifli d-dokumenti kollha b’rabta mal-każ, kemm dawk maħruġa mill-ASL, kiff ukoll mill-awtoritajiet tar-reġjun Campania.

Matthew Scerri

Nicolussi Caviglia misluf lil Parma

Hans Nicolussi Caviglia se jkun qed jilgħab ma’ Parma f’dan l-istaġun. Hu se jingħaqad magħhom b’self u sa fejn nafu s’issa Parma mhux se jkollhom ebda dritt jew obbligu li jixtruh għal kollox.

Matthew Scerri

Probabbli llum mhu se jkollna ebda deċiżjoni dwar Juventus-Napoli

Illum probabbli mhux se jkollna ebda deċiżjoni dwar Juventus-Napoli. La Repubblica qed tbasssar li l-Imħallef tal-Isports, Gerardo Mastrandea mhux se se jaqta’ s-sentenza llum u se jitlob aktar żmien biex jifli d-dokumentazzjoni marbuta mal-każ. Mhuwiex eskluż lanqas li hu finalment ikollu jgħaddu l-kwistjoni f’idejn il-Procura Federale mmexxija minn Giuseppe Chinè. Il-kwistjoni hi tassew waħda kumplessa u tistgħu toqogħdu ċerti li se ndumu ħafna nisimgħu u naqraw dwarha.

Matthew Scerri

Daqt jibdew it-testijiet mediċi ta’ Douglas Costa

Illum waranofsinhar se jsiru t-testijiet mediċi qabel Douglas Costa jkun jista’ jingħaqad b’self ma’ Bayern Munich. Minn dak li nafu s’issa, Bayern mhux se jkollhom ebda dritt jew obbligu li jixtru lil Costa għal kollox.

Matthew Scerri

It-testijiet mediċi ta’ Chiesa direttament f’Firenze

It-testijiet mediċi ta’ Federico Chiesa mhumiex qed isiru fil-JMedical imma fi l-Clinica Fanfani fil-belt ta’ Firenze. Dan l-għaliex Chiesa llum irrid ikun Coverciano, ftit ‘il bogħod minn Firenze, għall-impenji tat-tim nazzjonali.

Matthew Scerri

Emerson Palmieri jew Alonso minflok De Sciglio

Bit-tluq probabbli ta’ De Sciglio, Juventus se jkunu jistgħu jieħdu full-back ieħor. Għaddejjin kuntatti ma’ Chelsea għal Emerson Palmieri. Jidher li f’dan l-istadju Chelsea qed jippreferu jneħħu minflok li Alonso. Juventus, għalkemm qed jagħti preferenza lil Emerson Palmieri, xorta waħda jaf finalment jaċċettaw lil Alonso. It-trasferiment se jseħħ fuq bażi ta’ self.

Matthew Scerri

Juventus mhux se jressqu offerta għal Aouar

Skont Calciomercato.com Juventus infurmaw lil O.Lyon li mhux se jressqu offerta għal Houssem Aouar. Il-Franċiżi jridu 50 miljun Ewro cash u bħalissa Juventus mhumiex f’pożizzjoni li jressqu offerta ta’ dat-tip.

Matthew Scerri

Gravissimu! Napoli probabbli ma segwewx il-protokoll

Il-kwistjoni ta’ Juventus-Napoli jaf hi iktar kumplessa minn kemm ħsibna u probabbli li hemm responsabbiltajiet gravi min-naħa ta’ Napoli. Andrea Agnelli lbieraħ tefa’ l-lixka u probabbli li kellu raġun. L-ASL, fil-fatt, jaf kellha tieħu l-passi li ħadet minħabba li Napoli ma segwewx il-protokoll tal-FIGC. Mal-ewwel każ ta’ pożittività, dawk ta’ Zielinski u tal-membru tal-istaff biex niftehmu, il-bqija tat-tim kellu jibda iżolament li qed jissejjaħ ‘fiducario’. Fi ftit kliem, it-tim seta’ jkompli jittrenja u jilgħab bil-patt però li kellu jingħata l-kuntatt ma’ Zielinski/il-membru tal-istaff u ma’ nies oħra esterni. Napoli jidhru li m’għamlux dan u komplew għaddejjin qisu xejn mhu xejn. Juventus nhar is-Sibt, malli nstabu żewġ ħaddiema bil-virus, immedjatament bdew l-iżolament ‘fiduciario’ kif jitlob il-protokoll. Issa wieħed irid jara x’se tkun id-deċiżjoni tal-FIGC dwar il-każ u jekk humiex se jittieħdu passi dixxiplinari anki għall-ksur tal-protokoll. Wara d-deċiżjoni tal-FIGC irridu mbagħad nistennew battalja legali twila fil-Qrati.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (5 ta’ Ottubru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-5 ta’ Ottubru 2020.