L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (13 ta’ Novembru 2020)
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-13 ta’ Novembru 2020.




Bonucci għadu ftit muġugħ
Leonardo Bonucci jidher li ma jinsab f’sikktu mija fil-mija. Anki mat-tim nazzjonali qed iħoss xi ftit l-istess uġigħ li kellu qabel Juventus-Barcellona. Jidher li minħabba dil-problema jista’ jkun li nhar il-Ħadd Bonucci ma jilgħabx kontra l-Polonja.
Matthew Scerri
Ix-xewqa ta’ De Paul
Intervistat minn La Nacion, Rodrigo De Paul stqarr li għandu mħabba kbira lejn it-tim ta’ Udinese u jħossu marbut professjonalment u umanament mal-belt ta’ Udine. Madankollu hu ammetta wkoll li hu bniedem ambizzjuż u jixtieq ħafna li jilgħab fiċ-Champions League u jikseb post mal-Arġentina għat-Tazza tad-Dinja.
Matthew Scerri
Aġġornament dwar il-plejers b’injury
Illum kellna aġġornament dwar il-plejers Bianconeri li jinsabu barra mill-azzjoni minħabba injuries. Chiellini, Ramsey u Chiesa għadhom għaddejjin bil-fiżjoterapija biex jirkupraw mill-injuries li sofrew. Alex Sandro u De Ligt ittrenjaw illum għal xi ħin mal-bqija tal-grupp, filwaqt li Dybala segwa programm personalizzat, jiġifieri ma ttrenjax ma’ sħabu.
Matthew Scerri
Għidut dwar bdil bejn Icardi u Ronaldo
Drajna li fil-jiem meta ma jkunx hemm logħob jiżdiedu l-aħbarijiet b’rabta mas-suq tat-trasferimenti. Kliem Leonardo fil-jiem li għaddew wassal biex qed ikun hemm ħafna għidut dwar trasferiment ta’ Ronaldo ma’ PSG. Xi siti qed jirrapurtaw li PSG jinsabu lesti li joffru lil Icardi u flus għal Ronaldo. Min-naħa tagħhom, però, Juventus ma jridux jitilfu lil Ronaldo u skont Calciomercato.com Mendes għarraf diġà lill-Bianconeri li Ronaldo hu intenzjonat li jibqa’ Turin sakemm jintemm il-kuntratt tiegħu.
Matthew Scerri
Aktar passi dixxiplinari fil-konfront ta’ Napoli?
Il-gazzetta La Repubblica qed tirraporta li jistgħu jittieħdu aktar passi dixxiplinari fil-konfront ta’ Napoli. Wara t-telfa walkover u l-punt imnaqqas fil-klassfika talli ma niżlux għal-logħob kontra Juventus, issa Napoli jaf ikollhom jirrispondu għall-akkużi kemm li kisru l-protokoll sanitarju tal-FIGC kif ukoll li kellhom komportament li mar kontra l-valuri tal-isport.
Matthew Scerri
Miċħuda l-aħbar tal-Ansa dwar l-iswab tests ta’ Lazio
Kelliem għall-Procura ta’ Avellino ċaħad l-aħbar mogħtija mill-Ansa b’rabta mal-iswab tests ipproċessati mil-laboratorju Futura Diagnostica. Dil-persuna kkonfermat li l-espert reġa’ pproċessa l-istess swab tests u għadda r-riżultati lill-Procura. S’issa m’hemmx ismijiet ta’ plejers li setgħu kienu pożittivi (ilbieraħ issemma’ Strakosha). Minflok ismijiet bħalissa hemm biss barcodes u eventwalment ‘il quddiem jistgħu jkunu magħrufa l-ismijiet. Il-kelliem temm jgħid li għalissa dak li qed jinkiteb fil-gazzetti ma jaqbilx mal-informazzjoni miġbura mill-Procura.
Matthew Scerri
Ronaldo jilħaq lil Puskas fil-klassifika tal-aqwa skorers ta’ kull żmien
Cristiano Ronaldo sab ix-xibka fir-rebħa kbira li l-Portugall kisbu fil-partita kontra Andorra (7-0). Hu s’issa skurja 102 gowl mat-tim nazzjonali u jinsab biss 7 gowls il-bogħod mir-rekord ta’ Ali Daei, li hu l-plejer li l-aktar skurja bil-flokk ta’ tim nazzjonali. Komplessivament Ronaldo skurja l-gowl numru 746 fil-karriera bejn partiti tal-klabb u tat-tim nazzjonali. Hu laħaq lil Puscas fir-raba’ post tal-klassifika tal-aqwa skorers ta’ kull żmien.
Matthew Scerri



